Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala jerġgħu jmorru jitkellmu maʼ nies li diġà qalu “M’iniex interessat”?
Immotivati mill-imħabba għal Alla u għall-proxxmu, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jaqsmu l-messaġġ tal-Bibbja ma’ kulħadd, anke ma’ dawk li kienu qalu li mhumiex interessati. (Mattew 22:37-39) L-imħabba tagħna għal Alla tqanqalna nobdu l-kmand li ta Ibnu biex “nagħtu xhieda bir-reqqa.” (Atti 10:42, 1 Ġwanni 5:3) Biex nagħmlu dan, aħna mmorru nwasslu l-messaġġ t’Alla iktar minn darba, bħalma għamlu l-profeti t’Alla fil-passat. (Ġeremija 25:4) Minħabba li nħobbu lill-proxxmu tagħna, aħna nipprovaw naqsmu “l-aħbar tajba tas-saltna” li ssalva l-ħajjiet ma’ kulħadd, inkluż dawk li għall-ewwel ma kinux interessati.—Mattew 24:14.
Ħafna drabi nsibu l-interess meta nerġgħu mmorru nħabbtu fejn qabel ma sibniex interess. Ikkunsidra tliet raġunijiet:
In-nies ma jibqgħux joqogħdu fl-istess dar.
Oħrajn fid-dar jieħdu interess fil-messaġġ tagħna.
In-nies jinbidlu. L-affarijiet li qed jiġru madwar id-dinja, kif ukoll ċirkustanzi persunali, iġiegħlu lil xi wħud isiru iktar “konxji tal-bżonn spiritwali tagħhom” u jieħdu interess fil-messaġġ tal-Bibbja. (Mattew 5:3) Anke dawk li jopponu jistgħu jinbidlu, bħall-appostlu Pawlu.—1 Timotju 1:13.
Madankollu, aħna ma nisforzaw lil ħadd biex jaċċetta l-messaġġ tagħna. (1 Pietru 3:15) Aħna nemmnu li kull individwu jrid jiddeċiedi għalih innifsu x’jemmen u x’ma jemminx.—Dewteronomju 30:19, 20.