Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jipprojbixxu Ċerti Films, Kotba, jew Diski?
Le. L-organizzazzjoni tagħna ma teżaminax films, kotba, jew diski partikulari sabiex tiddetta x’għandu jevita dak li jkun. Għala le?
Il-Bibbja tħeġġeġ lil kull individwu biex iħarreġ ‘is-sensi tiegħu’ ħalli jagħraf it-tajjeb u l-ħażin.—Ebrej 5:14.
L-Iskrittura tagħti prinċipji bażiċi li Kristjan jistaʼ jikkunsidra meta jiġi biex jagħżel id-divertiment. a Bħal f’kull ħaġa oħra fil-ħajja, l-għan tagħna hu li ‘nibqgħu naċċertaw ruħna dwar x’inhu aċċettabbli għall-Mulej.ʼ—Efesin 5:10.
Il-Bibbja tgħallem li l-kapijiet tal-familja għandhom ammont t’awtorità, u għalhekk huma jistgħu jagħżlu li ma jippermettux ċertu tip taʼ divertiment fost il-membri tal-familja tagħhom. (1 Korintin 11:3; Efesin 6:1-4.) Però, barra ċ-ċirku tal-familja, ħadd mhu awtorizzat biex jipprojbixxi films, diski, jew artisti partikulari għax mhumiex aċċettabbli għax-Xhieda b’mod ġenerali.—Galatin 6:5.
a Pereżempju, il-Bibbja tikkundanna kwalunkwe ħaġa tippromwovi l-ispiritiżmu, l-immoralità sesswali, jew il-vjolenza.—Dewteronomju 18:10-13; Efesin 5:3; Kolossin 3:8.