Ix-Xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Jiġi Finanzjat?
Ix-xogħol tagħna taʼ madwar id-dinja jiġi finanzjat l-iktar minn donazzjonijiet volontarji li jagħtu x-Xhieda taʼ Ġeħova b’mod individwali. a Fejn niltaqgħu jkun hemm kaxxi għall-kontribuzzjonijiet. Modi oħra kif dak li jkun jistaʼ jikkontribwixxi huma mniżżlin fil-paġna tagħna tad-Donazzjonijiet. F’din il-paġna hemm għażliet differenti ħalli wieħed ikun jistaʼ jikkontribwixxi għax-xogħol taʼ madwar id-dinja, għall-ispejjeż lokali, jew għat-tnejn li huma.
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova mhumiex mistennijin li jagħtu l-għexur jew inkella xi ammont jew persentaġġ speċifiku mid-dħul tagħhom. (2 Korintin 9:7) Fil-laqgħat tagħna la niġbru flus u lanqas inġiegħlu lil xi ħadd iħallas biex jidħol. Ukoll, il-ministri reliġjużi tagħna jagħtu servizzi bħal tal-magħmudija, funerali, żwieġ, u oħrajn b’xejn. Aħna ma norganizzawx bażars, tombli, coffee mornings, biljetti tal-lotterija, bejgħ taʼ ikel, jew avvenimenti simili biex niġbru l-flus. U lanqas ma nitolbu lin-nies biex jagħtu donazzjoni. L-informazzjoni dwar min ikun ta donazzjoni tinżamm kunfidenzjali u ma tkunx disponibbli għall-pubbliku. (Mattew 6:2-4) Fil-websites u l-pubblikazzjonijiet tagħna la nagħmlu reklami biex naqilgħu l-flus u lanqas nirreklamaw negozji oħra.
Kull kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova toħroġ rapport finanzjarju kull xahar fil-laqgħat, fejn kulħadd jistaʼ jattendi. Isir audit b’mod regulari tar-rekords finanzjarji taʼ kull kongregazzjoni biex id-donazzjonijiet jiġu kkontrollati sew.—2 Korintin 8:20, 21.
Modi Differenti taʼ Donazzjonijiet
Kaxxi tal-kontribuzzjonijiet: Tistaʼ tagħti donazzjoni bil-flus jew b’ċekk fil-kaxxi tal-kontribuzzjonijiet fis-Swali tas-Saltna, Swali tal-Assembleat, jew f’postijiet oħra fejn jinżammu l-laqgħat tagħna.
Donazzjonijiet online: F’ħafna pajjiżi tistaʼ tuża l-paġna “Donate to Jehovah’s Witnesses” biex tagħti donazzjoni permezz tal-kards taʼ kreditu u debitu, trasferimenti bankarji, u metodi elettroniċi oħra. b Xi Xhieda jagħżlu li ‘jwarrbu xi ħaġa’ kull xahar billi jirranġaw li kull xahar issir donazzjoni b’wieħed minn dawn il-metodi.—1 Korintin 16:2.
Ippjana li tagħti: Xi metodi taʼ donazzjonijiet ikollhom bżonn li tippjana bil-quddiem u/jew parir legali. Meta tagħmel hekk għandek mnejn tkun tistaʼ tieħu vantaġġ mill-benefiċċji tat-taxxi tal-pajjiż tiegħek. Ħafna wħud ibbenefikaw billi informaw ruħhom sew dwar donazzjonijiet li jistgħu jingħataw waqt li jkunu għadhom ħajjin jew wara li jiġu neqsin. Jekk jogħġbok ikkuntattja l-uffiċċju tal-fergħa lokali tax-Xhieda taʼ Ġeħova għal iktar dettalji jekk tixtieq tagħti donazzjoni permezz taʼ:
kontijiet bankarji
skemi taʼ assigurazzjoni u rtirar
propjetà
stokks u bonds
testmenti u trusts
Għal iktar informazzjoni dwar metodi differenti taʼ donazzjonijiet fejn toqgħod int, ara l-paġna “Donate to Jehovah’s Witnesses.”
a Xi wħud li mhumiex Xhieda wkoll għandhom il-pjaċir li jappoġġjaw dan ix-xogħol billi jagħtu kontribuzzjoni.
b Għal aktar informazzjoni ara l-vidjow Kif tagħti donazzjonijiet bl-internet.