Jien Miġbud Lejn Xi Ħadd Tal-Istess Sess—Ifisser li Jien Gay?
Lanqas xejn!
Fatt: F’ħafna każi, l-attrazzjoni lejn xi ħadd tal-istess sess mhi xejn ħlief fażi li malajr tgħaddi.
Hekk gara fil-każ taʼ Lisette, li għandha 16-il sena u li darba kienet miġbuda lejn tfajla. Hi tgħid: “Matul il-lezzjonijiet tal-bijoloġija fl-iskola tgħallimt li matul l-adoloxxenza l-livelli tal-ormoni jistgħu jitilgħu u jinżlu ħafna. Jien nemmen li kieku iktar żgħażagħ ikunu jafu iktar dwar ġisimhom, ikunu jifhmu li l-attrazzjoni lejn xi ħadd tal-istess sess tistaʼ tkun xi ħaġa temporanja, u b’hekk ma jħossuhomx taħt pressjoni biex ikunu gay.”
Imma xi ngħidu jekk jekk il-ġibda tiegħek lejn dawk tal-istess sess tkun tidher li hi iktar minn fażi li malajr tgħaddi? Ikun kattiv Alla jekk jgħid lil xi ħadd li hu miġbud lejn l-istess sess biex iwarrab l-omosesswalità?
Jekk wiġibt iva għall-aħħar mistoqsija, tajjeb li tkun taf li raġunar bħal dan hu bbażat fuq l-idea żbaljata li l-bnedmin għandhom jaġixxu fuq ix-xewqat sesswali tagħhom. Il-Bibbja tagħti lill-bnedmin id-dinjità billi tassigurahom li jistgħu jagħżlu li ma jaġixxux fuq it-tqanqil sesswali mhux xieraq tagħhom.—Kolossin 3:5.
Il-Bibbja hi raġunevoli. Sempliċement tgħid lil dawk li jinġibdu lejn dawk tal-istess sess biex jagħmlu l-istess ħaġa li hi meħtieġa minn dawk li jinġibdu lejn dawk tas-sess oppost—li ‘jaħarbu miż-żína.’ (1 Korintin 6:18) Il-fatt hu li miljuni taʼ eterosesswali li jixtiequ jgħixu fi qbil mal-livelli tal-Bibbja jrażżnu lilhom infushom minkejja kwalunkwe tentazzjoni li għandhom mnejn jiffaċċjaw. Dawk li għandhom tendenzi omosesswali jistgħu jagħmlu l-istess jekk verament jixtiequ jogħġbu lil Alla.—Dewteronomju 30:19.