Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

YURI LASHOV/AFP via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

Il-Kristjani u l-Gwerer—X’Tgħid il-Bibbja?

Il-Kristjani u l-Gwerer—X’Tgħid il-Bibbja?

 Bħalma rajna matul il-gwerra fl-Ukrajna, il-mexxejja reliġjużi Kristjani qed jinkuraġġixxu lin-nies biex iżommu maʼ naħa jew oħra. Innota kif membri tal-kleru jappoġġjaw naħa waħda tal-gwerra, u oħrajn jappoġġjaw in-naħa l-oħra:

  •   “Unur u gratitudni kbira lil dawk kollha li qed jiġġieldu biex jiddefendu lill-Ukrajna, art twelidhom, mill-aggressur . . . Intom għandkom l-appoġġ tagħna u tinsabu dejjem fi qlubna u fit-talb sinċier tagħna.”—Metropolitan Epiphanius I taʼ Kyiv, kif rapportat fʹThe Jerusalem Post, 16 ta’ Marzu, 2022.

  •   “Il-Ħadd, il-kap tal-Knisja Ortodossa Russa għamel ċerimonja reliġjuża għas-suldati Russi, biex jinkuraġġihom ħalli jiddefendu lil pajjiżhom ‘bħalma jafu jagħmlu biss ir-Russi’ hekk kif Moska tkompli l-kampanja militari fl-Ukrajna.”—Reuters, 3 t’April, 2022.

 Għandhom il-Kristjani jieħdu sehem fil-gwerer? X’tgħid il-Bibbja?

Dak li tgħid verament il-Bibbja

 Il-Bibbja turi li dawk li verament jimxu wara Ġesù Kristu ma jiħdux sehem fil-gwerer.

  •   “Poġġi x-xabla f’postha, għax kull min jiġġieled bix-xabla, se jmut bix-xabla.”—Mattew 26:52.

     Xi ħadd li jaqbel mal-gwerer jew imur jiġġieled fil-gwerer, qiegħed vera jobdi l-kliem taʼ Ġesù?

  •   “Qed nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin; bħalma ħabbejtkom jien, ħobbu intom ukoll lil xulxin. B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom.”—Ġwanni 13:34, 35.

     Jekk xi ħadd jappoġġja l-gwerer, ikun dan qiegħed juri l-istess imħabba li Ġesù qal li kellha tidentifika lid-dixxipli tiegħu, jiġifieri dawk li jimxu warajh?

 Għal iktar informazzjoni, aqra l-artiklu “Imorru Flimkien il-Gwerra u l-Kristjanità?

Il-Kristjani u l-gwerer illum

 Illum, huwa realistiku li tistenna li l-Kristjani ma jiħdux sehem fil-gwerer? Iva. Il-Bibbja bassret li fi żmienna kellu jkun hawn perijodu msejjaħ l-“aħħar parti tal-jiem.” F’dan iż-żmien kellu jkun hawn nies mill-ġnus kollha li “ma jitħarrġux iktar għall-gwerra,” bħalma għallem Ġesù.—Isaija 2:2, 4.

 Dalwaqt, Ġeħova, a “l-Alla tal-paċi,” se juża l-gvern tiegħu fis-sema biex jeħles lin-nies “mill-moħqrija u mill-vjolenza.”—Filippin 4:9; Salm 72:14.

a Ġeħova hu l-isem persunali t’Alla.—Salm 83:18.