Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

L-anġli jistgħu jgħinuna?

Bħalma l-anġli għenu lill-qaddej leali Danjel fil-passat, illum jgħinu lin-nies biex jibbenefikaw mill-aħbar tajba

Alla Ġeħova ħalaq miljuni t’anġli ħafna qabel ma ħalaq lill-bnedmin. (Ġob 38:4, 7) Dawn l-anġli huma ħlejjaq spirti setgħana fis-servizz t’Alla. Ġieli Alla jibgħathom biex jiggwidaw u jipproteġu lill-qaddejja tiegħu fuq l-art. (Salm 91:10, 11) Illum, l-anġli qed jgħinu lin-nies biex jibbenefikaw mill-aħbar tajba li s-segwaċi taʼ Ġesù qed jippritkaw.—Aqra Rivelazzjoni 14:6, 7.

Għandna nitolbu għall-għajnuna mingħand l-anġli? Le. It-talb hu att taʼ qima li hu t’Alla biss. (Rivelazzjoni 19:10) Ladarba l-anġli huma qaddejja t’Alla, huma jaġixxu skont l-istruzzjonijiet tiegħu u mhux tal-bnedmin. Għaldaqstant, dejjem għandna nindirizzaw it-talb tagħna lil Alla permezz taʼ Ġesù.—Aqra Salm 103:20, 21; Mattew 26:53.

Jeżistu anġli ħżiena?

Bħan-nies, l-anġli nħalqu bil-libertà tal-għażla u jistgħu jagħżlu li jagħmlu l-ħażin jew it-tajjeb. B’dispjaċir, ħafna anġli rribellaw kontra Alla. (2 Pietru 2:4) L-ewwel fosthom kien hemm Satana; oħrajn għamlu l-istess u saru demonji. Fiż-żminijiet reċenti, Satana u d-demonji tiegħu tkeċċew mis-sema u twaddbu għal isfel lejn l-art.—Aqra Rivelazzjoni 12:7-9.

Iż-żieda inkredibbli tal-ħażen u l-vjolenza mill-1914 turi li Alla dalwaqt se jrażżan lil Satana u d-demonji. Imbagħad Alla se jerġaʼ jġib id-dinja ġenna fi qbil mal-iskop tiegħu.—Aqra Rivelazzjoni 12:12; 21:3, 4.