IMITA L-FIDI TAGĦHOM | ĠUŻEPPI
“Jekk jogħġobkom, isimgħu din il-ħolma”
ĠUŻEPPI ħares imxennaq lejn il-Lvant, filwaqt li xtaq li jistaʼ jaħrab mill-karavana u jitlaq jiġri ’l hemm. Xi mkien wara dawk l-għoljiet, mhux wisq ’il bogħod, kien hemm id-dar tiegħu f’Ħebron. Missieru, Ġakobb, għandu mnejn kien se jinġabar biex imur jorqod, b’assolutament ebda idea taʼ x’kien ġara lil ibnu l-favorit. Imma Ġużeppi ma setax imur ħdejh issa; x’aktarx qatt ma kien se jerġaʼ jarah lil dak il-wiċċ tant maħbub. In-negozjanti flewh hekk kif saqu l-iġmla tagħhom tul triq użata spiss u li tagħti għan-Nofsinhar. Issa Ġużeppi kien proprjetà tagħhom, u ma kinux se jitilquh minn taħt għajnejhom. Għalihom dan il-ġuvnott kien bħat-tagħbija prezzjuża li kellhom taʼ gomma u żjut aromatiċi—merkanzija taʼ valur li kienet se ddaħħlilhom sold ġmielu fl-Eġittu tant imbiegħed.
Ġużeppi ma setax kellu iktar minn 17-il sena. Immaġinah iħares lejn is-sema fil-Punent, jgħammex għajnejh, hekk kif ix-xemx kienet qed toqrob lejn ix-xefaq tal-Baħar il-Kbir, hekk kif ipprova jaqbad art kif id-dinja tiegħu kienet inqalbet taʼ taħt fuq. Kien diffiċli jemmen li ħutu stess kienu waslu biex joqtluh u mbagħad bigħuh bħala skjav. Mhix xi ħaġa kbira li Ġużeppi kien qed iżomm id-dmugħ lura. Ma kellu ebda idea x’kien hemm fil-futur għalih.
Ġużeppi kif sab ruħu f’għawġ bħal dan? U x’nistgħu nitgħallmu mill-fidi taʼ raġel żagħżugħ li safa vittma u miċħud mill-membri tal-familja tiegħu stess?
FAMILJA KOMPLIKATA
Ġużeppi ġie minn familja kbira ħafna—imma mhux minn waħda ferħana u magħquda. L-istampa li l-Bibbja tagħti tal-familja taʼ Ġużeppi hi prova ċara tal-effetti negattivi tal-poligamija—prattika li kienet rabbiet l-għeruq u li Alla ttollera fost il-poplu tiegħu sakemm Ibnu reġaʼ stabbilixxa l-monogamija. (Mattew 19:4-6) Ġakobb kellu mill-inqas 14-il wild minn erba’ nisa differenti—iż-żewġ nisa tiegħu, Lea u Rakele, u l-qaddejja nisa tagħhom, Żilfa u Bilħa. Mill-bidu nett, Ġakobb kien iħobb lil Rakele. Qatt ma kellu ġibda lejn Lea, oħt Rakele l-kbira, li żżewwiġha għax ġie mqarraq. Kien hemm kompetizzjoni ħarxa bejn dawn iż-żewġ nisa, u din l-għira kompliet tintwera fost it-tfal fil-familja.—Ġenesi 29:16-35; 30:1, 8, 19, 20; 37:35.
Ġenesi 32:22-31) Maż-żmien, Ġużeppi sar jaf li t-tfal subien taʼ Iżrael kienu se jnisslu t-tribujiet taʼ dak il-poplu!
Rakele għamlet żmien twil ħawlija, u meta fl-aħħar wildet lil Ġużeppi, Ġakobb ittratta lil dan l-iben taʼ xjuħitu b’mod speċjali. Pereżempju, meta l-familja kienet fi triqitha għal laqgħa perikoluża mal-feroċi Għesaw, ħu Ġakobb, dan għamel ċert li Rakele u ċ-ċkejken Ġużeppi jingħataw l-iktar post sigur fuq in-naħa taʼ wara tal-grupp familjari. Dik il-ġurnata mimlija tensjoni bilfors li ħalliet impressjoni qawwija fuq Ġużeppi. Immaġina kif ħassu dakinhar hekk kif ħaseb, bl-innoċenza kollha, għala missieru, li għalkemm kien imdaħħal fiż-żmien kien għadu fuq ruħu, issa kien qed izappap. Min jaf kif baqaʼ mbellah meta sar jaf għala: Missieru kien tqabad m’anġlu setgħan il-lejl taʼ qabel! U għala? Għax Ġakobb ried barka mingħand Alla Ġeħova. Il-premju taʼ Ġakobb kien li ismu nbidel u sar Iżrael. Poplu sħiħ kien se jġorr ismu! (Iktar tard, iċ-ċkejken Ġużeppi ħabbat wiċċu maʼcheck traġedja personali meta l-iktar persuna għażiża fi tfulitu ħallietu qabel il-waqt. Ommu mietet hi u tiled lil ħuh iżgħar, Benjamin. Missieru tnikket bil-kbir minħabba din it-telfa. Immaġina lil Ġakobb jimsaħ id-dmugħ b’tenerezza minn għajnejn Ġużeppi, u jikkonslah bl-istess tama li xi darba kienet ikkonslat lin-nannu taʼ Ġakobb, Abraham. Min jaf kemm ħassu kommoss meta sar jaf li xi darba Ġeħova kien se jirxoxta lil ommu! Forsi Ġużeppi sar iħobb iktar profondament lill-“Alla . . . tal-ħajjin” li hu tant ġeneruż. (Luqa 20:38; Ebrej 11:17-19) Wara t-telfa taʼ martu, Ġakobb dejjem kellu sentimenti teneri lejn dawk iż-żewġ subien, it-tfal li kellu minn Rakele.—Ġenesi 35:18-20; 37:3; 44:27-29.
Għandu mnejn ħafna tfal jitilgħu mfissdin jew isiru korrotti minħabba trattament speċjali bħal dan; imma Ġużeppi tgħallem mill-ħafna kwalitajiet tajbin tal-ġenituri tiegħu, u żviluppa fidi soda kif ukoll sens qawwi taʼ x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Taʼ 17-il sena, kien qed jaħdem bħala ragħaj, jgħin lil ftit minn ħutu s-subien ikbar minnu, meta nduna b’xi nuqqas daparti tagħhom. Għaddielu minn moħħu li jżomm dil-ħaġa għalih sabiex jidher sabiħ f’għajnejhom? Kien x’kien il-każ, hu għamel dak li kien sewwa. Irrapporta dak li kien ġara lil missieru. (Ġenesi 37:2) Forsi dan l-att kuraġġuż ikkonferma l-opinjoni tajba li Ġakobb kellu dwar dan l-iben maħbub. X’eżempju mill-isbaħ għandhom iż-żgħażagħ Kristjani dwar xiex jaħsbu! Meta jiġu ttantati biex iżommu dnub serju taʼ ħaddieħor mistur—forsi taʼ ħuhom jew taʼ xi ħabib—ikun għaqli li jimitaw lil Ġużeppi u jagħmlu ċert li dawk li qegħdin f’pożizzjoni li jgħinu lil dak li għamel il-ħażin isiru jafu b’li jkun ġara.—Levitiku 5:1.
Nistgħu wkoll nitgħallmu lezzjoni mill-ħajja tal-familja taʼ Ġużeppi. Filwaqt li l-Kristjani veri llum ma jipprattikawx il-poligamija, xorta waħda jeżistu ħafna familji tar-rispett fosthom, b’ġenituri, tfal, u aħwa li ma jiġux minn xulxin mid-demm. Ilkoll jistgħu jitgħallmu mill-familja taʼ Ġakobb li l-favoritiżmu u l-parzjalità jherru l-unità tal-familja. Ġenituri għaqlin b’familji tar-rispett jagħmlu kulma jistgħu biex jikkonvinċu lil uliedhom u lit-tfal tar-rispett li kull wieħed hu maħbub u għandu talenti uniċi, u li kull wieħed jistaʼ jżid mal-ferħ tal-familja.—TINBET L-GĦIRA
Ġakobb ippremja lil Ġużeppi, forsi minħabba l-waqfa kuraġġuża tat-tifel għal dak li hu tajjeb. Hu għamel libsa speċjali għal ibnu. (Ġenesi 37:3) Aktarx kienet libsa twila u eleganti, li forsi kienet tilħaq sa tarf id-dirgħajn u r-riġlejn. Probabbilment kienet it-tip taʼ lbies li kien jilbes raġel nobbli jew prinċep.
L-iskop taʼ Ġakobb kien wieħed tajjeb, u Ġużeppi bilfors li apprezza dan il-ġest taʼ stima li wrieh missieru u l-affezzjoni li kellu lejh. Imma dik il-libsa kienet se ddaħħlu f’ħafna inkwiet. Ftakar li t-tifel ħadem bħala ragħaj. Dan kien ifisser xogħol manwali iebes. Immaġina lil daż-żagħżugħ liebes libsa rjali bħal din miexi bi tbatija f’ħaxix għoli, jixxabbat mal-blat, jew jipprova joħroġ xi ħaruf mitluf li tħabbel fl-għollieq. Imma, agħar minn hekk, dan is-sinjal taʼ favur speċjali taʼ Ġakobb kif kien se jeffettwa r-relazzjoni li kellu Ġużeppi maʼcheck ħutu?
Il-Bibbja twieġeb: “Meta ħutu raw li missierhom kien iħobbu iktar milli kien iħobb lil ħutu kollha, bdew jobogħduh, u ma kellhomx il-ħila jkellmuh bis-sliem.” * (Ġenesi 37:4) Tistaʼ tifhem l-għira tagħhom, imma ħut Ġużeppi ma wrewx dehen f’li jċedu għal din l-emozzjoni velenuża. (Proverbji 14:30; 27:4) Qatt sibt ruħek titbaqbaq bl-għira meta xi ħadd irċieva l-attenzjoni jew l-unur li ridt int? Ftakar f’ħut Ġużeppi. L-għira tagħhom wasslithom biex jagħmlu affarijiet li kien se jiddispjaċihom ferm li għamlu. L-eżempju tagħhom iservi biex ifakkar lill-Kristjani li hu ħafna iktar għaqli li ‘tifraħ maʼcheck min jifraħ.’—Rumani 12:15.
Ġużeppi żgur li ħass il-mibegħda taʼ ħutu. Allura ħeba hu l-libsa sabiħa tiegħu meta ħutu kienu fil-qrib? Jistaʼ jkun li ġieh dan il-ħsieb. Però, ftakar li Ġakobb ried li l-libsa tkun sinjal taʼ favur u mħabba. Ġużeppi ried juri li kien jistħoqqlu l-fiduċja taʼ missieru, u għalhekk b’lealtà libisha. Aħna nistgħu nieħdu l-eżempju tiegħu. Għalkemm Missierna tas-sema qatt mhu parzjali, 1 Pietru 4:4) Għandu Kristjan jaħbi l-identità vera tiegħu bħala qaddej t’Alla? Le—daqskemm Ġużeppi ma kellux għalfejn jaħbi l-libsa tiegħu.—Luqa 11:33.
minn żmien għal żmien jiffavorixxi wħud mill-qaddejja leali tiegħu. Iżjed minn hekk, hu jgħidilhom biex ikunu differenti minn din id-dinja korrotta u immorali. Bħal-libsa speċjali taʼ Ġużeppi, il-kondotta tal-Kristjani veri tagħmilhom differenti minn dawk taʼ madwarhom. Kondotta bħal din kultant iġġib l-għira u l-mibegħda. (IL-ĦOLM TAʼ ĠUŻEPPI
Ġużeppi ma damx ma kellu żewġ ħolmiet straordinarji. Fl-ewwel ħolma, Ġużeppi ra lilu nnifsu u lil ħutu, kull wieħed jorbot qatta qamħ. Imma mbagħad, il-qatet taʼ ħutu daru mal-qatta tiegħu u mielu quddiemha waqt li din baqgħet wieqfa. Fit-tieni ħolma, ix-xemx, il-qamar, u 11-il stilla kienu qed imilu quddiem Ġużeppi. (Ġenesi 37:6, 7, 9) X’kellu jagħmel Ġużeppi dwar dan il-ħolm stramb u realistiku?
Il-ħolm ġie minn Alla Ġeħova. Kien profetiku, u Alla ried li Ġużeppi jaqsam il-messaġġ li kien fih m’oħrajn. F’ċertu sens, Ġużeppi kellu jagħmel dak li għamlu l-profeti kollha taʼ warajh meta wasslu l-messaġġi u l-ġudizzji t’Alla lill-poplu stinat Tiegħu.
Ġużeppi bit-tattika qal lil ħutu: “Jekk jogħġobkom, isimgħu din il-ħolma li ħlomt.” Ħutu fehmuha l-ħolma, u xejn m’għoġbithom. Huma wieġbu: “Ċert int li se ssaltan fuqna? jew, Ċert int li se tiddomina fuqna?” Ir-rakkont iżid: “B’hekk, kellhom raġuni oħra biex jobogħduh minħabba l-ħolm tiegħu u minħabba kliemu.” Meta Ġużeppi rrakkonta t-tieni ħolma lil missieru kif ukoll lil ħutu, ir-reazzjoni ma kinitx aħjar. Naqraw: “Missieru beda jċanfru u jgħidlu: ‘Xi tfisser din il-ħolma li ħlomt? Ċert int li jien, ommok, u ħutek se niġu mmilu lejn l-art quddiemek?’” Madankollu, Ġakobb baqaʼ jaħseb dwar il-biċċa. Jistaʼ jkun li Ġeħova kien qed jikkomunika mat-tifel?—Ġenesi 37:6, 8, 10, 11.
Ġużeppi la kien l-ewwel u lanqas l-aħħar qaddej taʼ Ġeħova li ntalab jieħu messaġġ profetiku li kien se juri li ma kienx popolari u li saħansitra jwassal għall-persekuzzjoni. Ġesù kien l-ikbar wieħed minn dawk il-messaġġiera, u hu qal lis-segwaċi tiegħu: “Jekk ippersegwitaw lili, jippersegwitaw lilkom ukoll.” (Ġwanni 15:20) Il-Kristjani kbar u żgħar jistgħu jitgħallmu ħafna mill-fidi u l-kuraġġ taż-żagħżugħ Ġużeppi.
IL-MIBEGĦDA FL-AQWA TAGĦHA
M’għaddiex ħafna żmien, u Ġakobb bagħat lil Ġużeppi fuq vjaġġ. Ħutu s-subien il-kbar kienu qed jirgħu l-imrieħel lejn it-Tramuntana, ħdejn Sikem, fejn reċentement kienu għamlu għedewwa ħorox. Naturalment, Ġakobb kien konċernat dwar uliedu, u għalhekk bagħat lil Ġużeppi jara kienx kollox sew. Tistaʼ timmaġina x’ħass Ġużeppi? Hu kien jaf li ħutu kienu jobogħduh iktar minn qatt qabel! Kemm kienu se jieħdu pjaċir meta jasal għandhom bħala l-kelliem taʼ missierhom? Xorta waħda, Ġużeppi bl-ubbidjenza rħielha għal għonq it-triq.—Ġenesi 34:25-30; 37:12-14.
Kienet mixja ġmielha—b’kollox, forsi mixja taʼ erba’ jew ħamest ijiem. Sikem kienet xi 80 kilometru lejn it-Tramuntana taʼ Ħebron. Imma f’Sikem Ġużeppi sar jaf li ħutu kienu marru lejn Dotan, li kienet xi 22 kilometru ieħor lejn it-Tramuntana. Meta fl-aħħar Ġużeppi qorob lejn Dotan, ħutu rawh ġej mill-bogħod. Immedjatament tfaċċat il-mibegħda tagħhom. Ir-rakkont jgħid: “Ġej dak li jħobb joħlom. U issa ejja noqtluh u nixħtuh f’wieħed mill-bjar; u rridu ngħidu li kilitu bhima salvaġġa feroċi. Imbagħad naraw x’se jsir mill-ħolm tiegħu.” Però Ruben ipperswada lil ħutu jitfgħu lil Ġużeppi ħaj f’bir, bit-tama li jkun jistaʼ jsalvah iktar tard.—Ġenesi 37:19-22.
Bla ma ssuspetta xejn, Ġużeppi avviċinahom, bla dubju bit-tama li jiltaqaʼ magħhom fil-paċi. Għall-kuntrarju, ħutu attakkawh! B’salvaġġiżmu neżżgħulu l-libsa speċjali, kaxkruh lejn bir vojt u tefgħuh fih. Wara li rkupra mix-xokk, sforza biex qam fuq saqajh, imma qatt ma setaʼ joħroġ minn hemm isfel waħdu. Setaʼ jara biss dawra mis-sema filwaqt li l-vuċijiet taʼ ħutu ma baqgħux jinstemgħu. Hu għajtilhom u tkarrbilhom, *—Ġenesi 37:23-28; 42:21.
imma huma injorawh. Bla mogħdrija taʼ xejn kielu xi ħaġa tal-ikel fil-qrib. Meta Ruben ma kienx hemm, reġgħu ħasbuha biex joqtluh imma minflok, Ġuda pperswadiehom ibigħuh lil negozjanti li kienu għaddejjin. Dotan kienet qrib rotta tan-negozju lejn l-Eġittu, u ma damitx m’għaddiet minn ħdejhom karavana taʼ Ismagħelin u Midjanin. Qabel ma rritorna Ruben, kienu qatgħuha. Għal 20 xekel kienu biegħu lil ħuhom bħala skjav.Għalhekk insibu ruħna fejn bdejna. Waqt li Ġużeppi kien qed jittieħed lejn in-Nofsinhar fit-triq lejn l-Eġittu, kien jidher li tilef kollox. Ġie maqtugħ għalkollox! Għal snin sħaħ ma kien se jkun jaf xejn dwar familtu—xejn dwar is-sofferenza mentali meta Ruben reġaʼ lura u sab li Ġużeppi ma kienx hemm; xejn dwar in-niket taʼ Ġakobb meta ġie mqarraq f’li jaħseb li l-għażiż Ġużeppi kien mejjet; xejn dwar nannuh imdaħħal fiż-żmien, Iżakk, li kien għadu ħaj; u xejn dwar ħuh il-maħbub iżgħar minnu, Benjamin, li kien se jimmissja ħafna. Imma kollox kien mitluf għal Ġużeppi?—Ġenesi 37:29-35.
Ġużeppi kien għad għandu xi ħaġa li ħutu qatt ma setgħu jiħdulu: il-fidi. Hu kien jaf ħafna dwar Alla tiegħu, Ġeħova, u xejn ma setaʼ jiħodlu dan l-għarfien—la t-telfa taʼ daru, la t-tbatijiet tal-jasar fit-triq twila lejn l-Eġittu, u lanqas l-umiljazzjoni li jiġi mibjugħ bħala skjav lil Eġizzjan għani jismu Potifar. (Ġenesi 37:36) Il-fidi u d-determinazzjoni li Ġużeppi kellu biex jibqaʼ qrib Alla tiegħu sempliċement issaħħu iktar matul tbatija bħal din. F’artikli fil-futur se naraw kif dik il-fidi għamlet lil Ġużeppi bħal għodda dejjem iktar utli f’idejn Alla Ġeħova, kif ukoll utli għall-familja mqallba tiegħu. Kemm inkunu għaqlin li nimitaw il-fidi taʼ Ġużeppi!
^ par. 15 Xi riċerkaturi jissuġġerixxu li ħut Ġużeppi interpretaw ir-rigal taʼ missierhom lil Ġużeppi bħala evidenza li kien biħsiebu jagħti d-dritt tal-ewwel imwieled lil dan it-tifel. Huma kienu jafu li Ġużeppi kien l-ewwel wild tal-mara favorita taʼ Ġakobb—il-waħda li għall-ewwel kien biħsiebu jiżżewweġ. Iktar minn hekk, l-ewwel imwieled taʼ Ġakobb, Ruben, kien imtedd mal-konkubina taʼ missieru, ġab għajb fuq missieru, u minħabba f’hekk tilef id-dritt tiegħu tal-ewwel imwieled.—Ġenesi 35:22; 49:3, 4.
^ par. 25 Anke f’dan id-dettall ċkejken, ir-rakkont Bibliku hu eżatt. Dokumenti mill-istess żmien jirrivelaw li 20 xekel kien il-prezz li jitħallas għal skjav fl-Eġittu.