Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Dnubietna jistgħu jinħafrulna?
Skont il-Bibbja, il-bnedmin kollha huma midinbin. Aħna writna d-dnub mingħand l-ewwel raġel, Adam. Għalhekk, kultant nagħmlu affarijiet ħżiena u mbagħad għandu mnejn jiddispjaċina li għamilniehom. L-Iben t’Alla, Ġesù Kristu, ħallas għal dnubietna billi miet għalina. Is-sagrifiċċju tiegħu bħala fidwa għamel il-maħfra possibbli. Hija għotja mingħand Alla.—Aqra Rumani 3:23, 24.
Xi nies jikkommettu dnubiet gravi u jiddubitaw jekk Alla jistax jaħfrilhom. B’ferħ, il-Kelma t’Alla tgħid: “Id-demm taʼ Ibnu Ġesù jnaddafna minn kull dnub.” (1 Ġwanni 1:7) Ġeħova jaħfer minn jeddu saħansitra dnubiet serji jekk ikollna attitudni xierqa taʼ ndiema.—Aqra Isaija 1:18.
Xi rridu nagħmlu biex naqilgħu l-maħfra?
Jekk irridu li Alla Ġeħova jaħfrilna, jeħtieġ nitgħallmu dwaru billi nifhmu l-mogħdijiet, il-pariri, u l-ħtiġijiet tiegħu. (Ġwanni 17:3) Ġeħova jaħfer mill-qalb lil dawk li jduru lura mill-kondotta ħażina tagħhom u jipprovaw jinbidlu.—Aqra Atti 3:19.
Mhuwiex diffiċli wisq għalina biex niksbu l-approvazzjoni t’Alla. Ġeħova jifhem id-dgħufijiet tagħna. Hu ħanin u qalbu tajba. Il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu ma tqanqlekx titgħallem iktar dwar kif tistaʼ togħġbu?—Aqra Salm 103:13, 14.