Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Miraklu f’Pentekoste!

Miraklu f’Pentekoste!

Għaż-​Żgħażagħ Tagħna

Miraklu f’Pentekoste!

Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-​istudju f’post kwiet fejn tistaʼ tikkonċentra. Hekk kif taqra l-​iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-​ġrajja. Ġib ix-​xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-​nies jitkellmu. Ħoss l-​emozzjonijiet tal-​karattri. Aħseb dwar ir-​rakkont bħallikieku huwa reali.

ANALIZZA X-​XENA.—AQRA ATTI 2:1-​21, 38-​41.

X’jiġik f’moħħok int u taqra r-​rakkont dwar il-​“kurrent taʼ riħ qawwi” u l-​“ilsna qishom tan-​nar”?

․․․․․

X’taħseb li bdew jgħidu n-​nies hekk kif baqgħu mistagħġbin meta semgħu lid-​dixxipli jitkellmu b’ilsna differenti?

․․․․․

X’espressjonijiet timmaġina li kellhom fuq wiċċhom in-​nies xettiċi msemmijin fil-​vers 13?

․․․․․

ĦAFFER IKTAR FIL-​FOND.

Liema tip taʼ okkażjoni kien Pentekoste, u din il-​ġrajja kif setgħet effettwat l-​atmosfera fost il-​folla miġbura f’Ġerusalemm? (Dewteronomju 16:10-​12)

․․․․․

Pietru kif wera rispett meta indirizza lis-​semmiegħa tiegħu, u x’għamel biex sab suġġett li kien jinteressa kemm lilu u kemm lilhom? (Atti 2:29)

․․․․․

X’kuntrast qawwi kien hemm bejn il-​qlubija taʼ Pietru f’Pentekoste u l-​mod kif aġixxa qabel fil-​bitħa tal-​qassis il-​kbir? (Mattew 26:69-​75)

․․․․․

APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .

Il-​bżonn li nkellmu lis-​semmiegħa tagħna b’rispett u nsibu suġġett li naqblu fuqu meta naqsmu magħhom it-​twemmin tagħna mill-​Bibbja.

․․․․․

Kif tistaʼ tkun xhud qalbieni taʼ Ġeħova, anki jekk issa tħossok xi ftit jew wisq mistħi jew beżgħan.

․․․․․

LIEMA ASPETT MINN DAN IR-​RAKKONT QANQLEK L-​IKTAR, U GĦALA?

․․․․․

Għal iktar riċerka ara The Watchtower tal-​15 taʼ Settembru, 1996, paġni 8-​9.