IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Novembru 2013
Kif nistgħu nuru l-apprezzament għall-paċenzja t’Alla hekk kif nistennew biex Ġeħova jeqred lil din is-sistema mill-agħar? Illum, Ġeħova u Ġesù kif jirgħu l-merħla tagħhom fuq l-art?
“Oqogħdu Attenti u Tittraskurawx it-Talb”
Il-Kristjani veri għala għandhom jitolbu kontinwament? Min jibbenefika meta titlob għal ħaddieħor?
Kif Nistgħu Ngħinu Biex Nieħdu Ħsieb il-Ħtiġijiet t’Oħrajn
Tgħallem kif il-kontribuzzjonijiet għax xogħol globali tax-Xhieda ta’ Ġeħova jgħinu biex jieħdu ħsieb il-ħtiġijiet fiżiċi u spiritwali t’oħrajn.
Kif Nistgħu Nibqgħu ‘Nistennew b’Attitudni Xierqa’?
Liema ġrajjiet se juru li qorob iż-żmien biex ma nibqgħux nistennew li Ġeħova jaġixxi kontra din is-sistema mill-agħar? Kif nistgħu nuru li napprezzaw il-paċenzja t’Alla?
BIJOGRAFIJA
Il-Mediċina Tiegħu Hi li Jaqdi lil Alla!
Onesmus twieled bl-osteogenesis imperfecta, jew bil-marda tal-għadam fraġli. Il-wegħdi t’Alla mniżżlin fil-Bibbja kif inkuraġġewh?
Illum, Min Huma s-Seba’ Rgħajja u Tmien Duki?
Ħeżekija, Isaija, Mikea, u l-prinċpijiet ta’ Ġerusalemm kif urew li kienu rgħajja mill-aħjar? Illum, min huma s-seba’ rgħajja u tmien duki?
Obdi mir-Rgħajja ta’ Ġeħova
Indokraturi nħatru mill-ispirtu qaddis biex jirgħu l-kongregazzjoni t’Alla. In-nagħaġ għala għandhom jisimgħu minnhom?
Rgħajja, Imitaw lill-Aqwa Rgħajja
Meta membru tal-kongregazzjoni jkollu bżonn l-għajnuna spiritwali, l-anzjani liema assistenza jistgħu jagħtuh? L-anzjani kif jistgħu jimitaw lir-“ragħaj il-kbir,” Ġesù Kristu?
MILL-ARKIVJI TAGĦNA
“Kont Bħal Fekruna fil-Qoxra Tagħha—Dari Dejjem Kienet Miegħi”
Lejn l-aħħar tal-1929, kien hemm kriżi ekonomika globali li wasslet għad-Dipressjoni l-Kbira. Il-predikaturi full-time kif kienu se jkampaw ma’ kriżi bħal din?