L-Iskużi—Ġeħova Kif Iħares Lejhom?
L-Iskużi—Ġeħova Kif Iħares Lejhom?
“IL-MARA li tajtni biex tkun miegħi tatni l-frott mis-siġra u kiltu,” qal ir-raġel. “Is-serp—qarraq bija u kilt,” wieġbet il-mara. Dan il-kliem, li Adam u Eva, l-ewwel ġenituri umani tagħna, qalu lil Alla, immarka l-bidu tal-istorja twila tal-umanità f’li jġibu l-iskużi.—Ġen. 3:12, 13.
Il-ġudizzju taʼ Ġeħova fuq Adam u Eva għad-diżubbidjenza minn jeddhom wera biċ-ċar li l-iskużi tagħhom ma kinux aċċettabbli għalih. (Ġen. 3:16-19) Allura, għandna nikkonkludu li l-iskużi kollha mhumiex aċċettabbli għal Ġeħova? Jew inkella jaċċetta xi skużi bħala li huma validi? Jekk inhu hekk, kif nistgħu nkunu nafu d-differenza? Biex inwieġbu, ejja l-ewwel nikkunsidraw id-definizzjoni taʼ skuża.
Skuża hija raġuni li tingħata sabiex dak li jkun jispjega għala tkun saret xi ħaġa, għala ma tkunx saret, jew għala mhijiex se ssir. Skuża tistaʼ tkun spjegazzjoni valida għal nuqqas u tistaʼ tinkludi apoloġija ġenwina li tagħti bażi għall-ħniena jew il-maħfra. Madankollu, bħalma kien minnu fil-każ t’Adam u Eva, skuża tistaʼ tkun ukoll pretest, raġuni falza li tingħata sabiex tinħeba l-verità. Ladarba l-iskużi spiss huma taʼ dan it-tip, ġeneralment jitqiesu b’mod dubjuż.
Meta nġibu l-iskużi—speċjalment jekk għandhom x’jaqsmu mas-servizz tagħna lil Alla—aħna rridu noqogħdu attenti biex nevitaw li ‘nqarrqu bina nfusna bi rraġunar falz.’ (Ġak. 1:22) Għalhekk, ejja nikkunsidraw xi eżempji u prinċipji Bibliċi li se jgħinuna ‘nibqgħu naċċertaw ruħna dwar x’inhu aċċettabbli għall-Mulej.’—Efes. 5:10.
Dak li Alla Jistenna li Nagħmlu
Fil-Kelma t’Alla nsibu kmandi speċifiċi li aħna bħala l-poplu taʼ Ġeħova rridu nobdu. Pereżempju, l-inkarigu taʼ Kristu biex ‘immorru u nagħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha’ huwa kmand li għadu japplika għas-segwaċi veri kollha taʼ Kristu. (Mt. 28:19, 20) Fil-fatt, tant hu importanti li nwettqu dan il-kmand li l-appostlu Pawlu qal: “Gwaj għalija jekk ma nxandarx l-aħbar tajba!”—1 Kor. 9:16.
Minkejja dan, xi wħud li ilhom żmien twil jistudjaw il-Bibbja magħna għadhom iżommu lura milli jippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla. (Mt. 24:14) Oħrajn li qabel kienu jieħdu sehem fix-xogħol tal-ippritkar m’għadhomx. Liema raġunijiet kultant jingħataw minn dawk li ma jiħdux sehem fix-xogħol tal-ippritkar? Ġeħova kif irreaġixxa għal dawk li żammew lura milli jobdu l-kmandi speċifiċi tiegħu fil-passat?
Skużi li Mhumiex Aċċettabbli Għal Alla
“Hu diffiċli wisq.” Speċjalment għal dawk li minnhom huma mistħijin, jistaʼ jidher li sempliċement hu diffiċli wisq għalihom li jieħdu sehem fix-xogħol tal-ippritkar. Però, ikkunsidra x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Ġona. Hu ngħata inkarigu li għalih kien diffiċli ħafna—Ġeħova qallu biex jiddikjara l-kundanna li kienet riesqa fuq Ninwe. Nistgħu nifhmu għala Ġona qataʼ qalbu milli jwettaq dan l-inkarigu. Ninwe kienet il-belt kapitali tal-Assirja, u l-Assirjani kellhom ir-reputazzjoni li huma krudili ħafna. Ġona forsi ħaseb: ‘Kif se nkampa fost dawk in-nies? X’se jagħmluli?’ Ma damx ma Ġona 1:1-3; 3:3, 4, 10.
ħarab. Iżda Ġeħova m’aċċettax l-iskuża taʼ Ġona. Minflok, Ġeħova reġaʼ inkarigah biex jipprietka lil Ninwin. Din id-darba, Ġona b’kuraġġ wettaq l-inkarigu tiegħu, u Ġeħova bierek ir-riżultat.—Jekk int taħseb li l-inkarigu biex tipprietka l-aħbar tajba hu diffiċli wisq għalik, ftakar li “kollox hu possibbli għal Alla.” (Mk. 10:27) Tistaʼ tkun ċert li Ġeħova se jsaħħek meta tibqaʼ titolbu għall-għajnuna tiegħu u li hu se jbierkek meta int tagħmel il-kuraġġ biex twettaq il-ministeru tiegħek.—Lq. 11:9-13.
“Ma rridx.” X’tistaʼ tagħmel jekk m’għandekx ix-xewqa mill-qalb biex twettaq il-ministeru Kristjan tiegħek? Żomm f’moħħok li Ġeħova jistaʼ jaħdem fik u jeffettwa x-xewqat tiegħek. Pawlu qal: “Alla hu dak li, għax hekk għoġbu, qed jaħdem fikom kemm biex ikollkom ir-rieda u kemm biex taġixxu.” (Flp. 2:13) Għalhekk, int tistaʼ titlob lil Ġeħova biex iġiegħlek tkun trid tagħmel ir-rieda tiegħu. Is-Sultan David għamel eżatt hekk. Hu talab bil-ħrara lil Ġeħova: “Mexxini fil-verità tiegħek.” (Salm 25:4, 5) Int tistaʼ tagħmel l-istess billi titlob bil-ħerqa lil Ġeħova biex iqanqlek tkun trid tagħmel dak li jogħġob lilu.
Irridu nammettu li meta nkunu għajjenin jew skuraġġiti, kultant forsi jkollna nisforzaw lilna nfusna biex nattendu xi laqgħa fis-Sala tas-Saltna jew biex nieħdu sehem fil-ministeru. Jekk dan hu minnu, għandna nikkonkludu li mhux verament inħobbu lil Ġeħova? Lanqas xejn. Qaddejja leali t’Alla fil-passat ukoll kellhom jistinkaw ħafna biex jagħmlu r-rieda t’Alla. Pereżempju, Pawlu stqarr li hu ‘sawwat lil ġismu,’ biex ngħidu hekk, sabiex jobdi l-kmandi t’Alla. (1 Kor. 9:26, 27) Allura anki meta jkollna nisforzaw lilna nfusna biex inwettqu l-ministeru, nistgħu nkunu ċerti li se niġu mberkin minn Ġeħova. Għala? Għax aħna nisforzaw lilna nfusna biex nagħmlu r-rieda t’Alla għar-raġuni t-tajba—sforz l-imħabba għal Ġeħova. Billi nagħmlu dan, nagħtu risposta għal dak li sostna Satana meta qal li l-qaddejja t’Alla kienu se jiċħdu Lilu jekk jiġu mġarrbin.—Ġob 2:4.
“Għandi wisq x’nagħmel.” Jekk int ma tiħux sehem fil-ministeru għax tħoss li għandek wisq x’tagħmel, hu importanti ħafna li terġaʼ tikkunsidra l-prijoritajiet tiegħek. “Mela, ibqgħu fittxu l-ewwel is-saltna,” qal Ġesù. (Mt. 6:33) Sabiex issegwi dan il-prinċipju bħala gwida, forsi jkollok bżonn tissimplifika l-ħajja tiegħek jew tqattaʼ inqas ħin fid-divertiment u tużah fil-ministeru. M’għandniex xi ngħidu, id-divertiment u affarijiet persunali oħrajn għandhom posthom, imma mhumiex skużi validi biex tittraskura l-ministeru. Qaddej t’Alla jħalli l-ewwel post fil-ħajja tiegħu għall-interessi tas-Saltna.
“M’iniex tajjeb biżżejjed.” Forsi tħoss li m’intix kwalifikat biex tkun ministru tal-aħbar tajba. Xi qaddejja leali taʼ Ġeħova fi żminijiet Bibliċi ħassew li ma kinux tajbin biżżejjed biex iwettqu xi inkarigi li tahom Ġeħova. Ikkunsidra lil Mosè bħala Eżo. 4:10-13) X’kienet ir-reazzjoni taʼ Ġeħova?
eżempju. Meta rċieva inkarigu speċifiku mingħand Ġeħova, Mosè qal: “Skużani, Ġeħova, imma jien m’iniex kelliemi tajjeb, la mill-bieraħ, la minn qabel il-bieraħ, u lanqas minn meta int tkellimt mal-qaddej tiegħek, għax jien fommi tqil u lsieni tqil.” Għalkemm Ġeħova assigurah, Mosè wieġeb: “Skużani, Ġeħova, imma ibgħat lil xi ħadd ieħor, jekk jogħġbok, lil min trid int.” (Ġeħova xorta ried li Mosè jwettaq l-inkarigu. Madankollu, Ġeħova ħatar lil Aron biex jgħin lil Mosè. (Eżo. 4:14-17) Iktar minn hekk, fis-snin taʼ wara, Ġeħova appoġġa lil Mosè u pprovdielu dak kollu li kellu bżonn biex jirnexxi f’li jwettaq l-inkarigi tiegħu mogħtijin minn Alla. Illum, int tistaʼ tkun fiduċjuż li Ġeħova se jqanqal lil sħabek fit-twemmin li għandhom l-esperjenza biex jgħinuk ukoll f’li twettaq il-ministeru tiegħek. Fuq kollox, il-Kelma t’Alla tassigurana li Ġeħova se jikkwalifikana għax-xogħol li kkmandana nagħmlu.—2 Kor. 3:5; ara l-kaxxa “L-Iktar Snin Henjin taʼ Ħajti.”
“Xi ħadd weġġagħli s-sentimenti tiegħi.” Xi wħud jieqfu milli jieħdu sehem fil-ministeru jew milli jattendu l-laqgħat tal-kongregazzjoni minħabba li jkollhom sentimenti mweġġgħin, billi jirraġunaw li Ġeħova żgur li se jaċċetta din l-iskuża għall-inattività spiritwali tagħhom. Filwaqt li hu raġunevoli li nkunu mdejqin meta xi ħadd iweġġgħalna s-sentimenti tagħna, hija verament skuża valida biex nieqfu nieħdu sehem f’attivitajiet Kristjani? Pawlu u sieħbu fit-twemmin, Barnaba, għandhom mnejn kellhom sentimenti Atti 15:39) Imma waqaf xi ħadd minnhom milli jieħu sehem fil-ministeru minħabba dan? Dażgur li le!
mweġġgħin wara li nuqqas taʼ qbil bejniethom wassal biex “kellhom xi jgħidu sew.” (B’mod simili, meta tkun ġejt imweġġaʼ minn sieħeb fit-twemmin, żomm f’moħħok li l-għadu tiegħek mhuwiex ħuk Kristjan li hu imperfett imma Satana, li jrid jibilgħek. Iżda x-Xitan mhux se jirnexxi jekk ‘int tiqaflu, sod fil-fidi.’ (1 Pt. 5:8, 9; Gal. 5:15) Jekk għandek fidi bħal din, żgur li ma tkunx “diżappuntat.”—Rum. 9:33.
Limitati f’Kemm Nistgħu Nagħmlu
Minn dawn il-ftit eżempji taʼ skużi, jidher ċar li m’hemm ebda skuża Skritturali valida biex ma nwettqux il-kmandi speċifiċi taʼ Ġeħova, inkluż l-inkarigu biex nippritkaw l-aħbar tajba. Minkejja dan, aħna forsi jkollna raġunijiet ġenwini għala aħna limitati f’kemm nistgħu nagħmlu fil-ministeru tagħna. Responsabbiltajiet Skritturali oħrajn jistgħu jnaqqsu l-ammont taʼ ħin li nistgħu nwarrbu għax-xogħol tal-ippritkar. Ukoll, kultant forsi verament inkunu għajjenin wisq jew morda wisq biex nagħmlu daqskemm nixtiequ fis-servizz taʼ Ġeħova. Madankollu, il-Kelma t’Alla tassigurana li Ġeħova jaf ix-xewqa taʼ qalbna u jikkunsidra l-limitazzjonijiet tagħna.—Salm 103:14; 2 Kor. 8:12.
Għalhekk, irridu noqogħdu attenti li ma niġġudikawx lilna nfusna jew lil oħrajn b’mod aħrax f’dawn il-kwistjonijiet. L-appostlu Pawlu kiteb: “Int min int biex tiġġudika l-qaddej taʼ dar ħaddieħor? Jara sidu jekk iżommx wieqaf jew jaqax.” (Rum. 14:4) Minflok ma nqabblu s-sitwazzjoni tagħna maʼ dik t’oħrajn, aħna għandna niftakru li “kull wieħed minna se jagħti kont tiegħu nnifsu lil Alla.” (Rum. 14:12; Gal. 6:4, 5) Meta navviċinaw lil Ġeħova bit-talb u nippreżentaw l-iskużi tagħna lilu, kull wieħed minna għandu jagħmel dan b’“kuxjenza onesta.”—Ebr. 13:18.
Għala li Naqdu lil Ġeħova Jagħmilna Ferħanin
Ilkoll kemm aħna nistgħu naqdu lil Ġeħova b’ferħ mill-qalb għaliex il-ħtiġijiet tiegħu—huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi tagħna fil-ħajja—dejjem huma raġunevoli u jistgħu jintlaħqu. Għala nistgħu ngħidu hekk?
Il-Kelma t’Alla tgħid: “Iżżommx lura milli tagħmel il-ġid lil min hu dovut, meta f’idejk ikollok il-qawwa li tagħmlu.” (Prov. 3:27) Xi nnotajt f’dan il-proverbju rigward il-ħtiġijiet t’Alla? Ġeħova ma jikkmandakx biex tistinka ħalli jkollok il-qawwa daqs kemm forsi hemm f’idejn ħuk, imma biex taqdi Lilu bil-‘qawwa li jkollok f’idejk.’ Iva, kull wieħed minna—minkejja kemm tkun dgħajfa jew kemm tkun b’saħħitha l-qawwa taʼ jdejna—jistaʼ jaqdi lil Ġeħova b’qalb sħiħa.—Lq. 10:27; Kol. 3:23.
[Kaxxa/Stampa f’paġna 14]
“L-Iktar Snin Henjin taʼ Ħajti”
Anki jekk għandna limitazzjonijiet fiżiċi jew emozzjonali li huma serji, m’għandniex naqbdu u nikkonkludu li dawn se jwaqqfuna milli jkollna sehem sħiħ fil-ministeru. Biex nagħtu eżempju, ikkunsidra dak li ġara lil Ernest, ħu Kristjan fil-Kanada.
Ernest kellu diffikultà fil-mod kif jitkellem u kien mistħi ħafna. Wara li weġġaʼ dahru serjament, kellu jieqaf jaħdem bħala ħaddiem fil-kostruzzjoni. Għalkemm b’diżabilità, iċ-ċirkustanzi ġodda tiegħu ppermettewlu jqattaʼ iktar ħin fil-ministeru. L-inkuraġġiment li kiseb fil-laqgħat tal-kongregazzjoni biex jaqdi bħala pijunier awżiljarju messlu qalbu. Madankollu, ma ħassux kwalifikat għal dan it-tip taʼ ministeru.
Biex jagħti prova lilu nnifsu li ma kienx kapaċi jaqdi bħala pijunier awżiljarju, hu applika biex jaqdi bħala pijunier awżiljarju għal xahar. Baqaʼ sorpriż meta rnexxielu jwettaq l-inkarigu. Imbagħad ħaseb bejnu u bejn ruħu, ‘Naf li qatt mhu se jerġaʼ jirnexxili nagħmlu.’ Biex juri li għandu raġun, applika biex jaqdi għal xahar ieħor—u għal darb’oħra rnexxielu.
Ernest qeda bħala pijunier awżiljarju għal sena, imma qal, “Naf fiċ-ċert li qatt ma nistaʼ nkun pijunier regulari.” Għal darb’oħra, biex juri li għandu raġun, hu applika biex jaqdi bħala pijunier regulari. Hu nnifsu baqaʼ sorpriż meta rnexxielu jlesti l-ewwel sena tiegħu bħala pijunier regulari. Hu ddeċieda li jkompli u ġie mbierek bil-ferħ li jaqdi bħala pijunier regulari għal sentejn, sakemm miet minħabba komplikazzjonijiet relatati mal-inċident li kellu. Madankollu, qabel ma miet, spiss bid-dmugħ f’għajnejh kien jgħid lil dawk li żaruh, “Dawk is-snin li fihom qdejt lil Ġeħova bħala pijunier kienu l-iktar snin henjin taʼ ħajti.”
[Stampa f’paġna 13]
Nistgħu negħlbu kwalunkwe ostaklu li jistaʼ jżommna milli noħorġu fil-ministeru
[Stampa f’paġna 15]
Ġeħova jieħu gost meta naqduh b’ruħna kollha, billi nagħmlu dak kollu li jippermettulna ċ-ċirkustanzi tagħna