Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri tal-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Kienet il-​marda tal-​ġdiem imsemmija fil-​Bibbja l-​istess marda tal-​ġdiem magħrufa llum?

L-​infezzjoni tal-​batterji msejħa ġdiem kienet teżisti fi żminijiet Bibliċi. (Lev. 13:4, 5) Il-​Bibbja tgħid ukoll li l-​ġdiem kien jidher fl-​ilbies u fid-​djar. Dan il-​“ġdiem” setaʼ rrefera għal tip taʼ moffa. (Lev. 13:47-52)—4/1, paġna 20.

• Huwa possibbli li jkun hemm irxoxt jekk tarbija li qed tiżviluppa tmut qabel ma titwieled?

Il-​ħajja tibda fil-​konċepiment. Ġeħova jistaʼ jirxoxta individwi fi kwalunkwe perijodu taʼ ħajjithom għaliex “kollox hu possibbli għal Alla.” (Mk. 10:27) Imma l-​Bibbja ma tgħidx b’mod dirett jekk hux se jirxoxta trabi li mietu fil-​ġuf.—4/15, paġni 12, 13.

• X’nistgħu nitgħallmu jekk nosservaw in-​nemel, il-​fniek tax-​xagħri, il-​ġurati, u l-​wiżgħat?

Dawn l-​erbgħa jagħtu stampa tal-​għerf bl-​istint. B’hekk, ifaħħru bil-​kbir l-​għerf t’Alla. (Prov. 30:24-28)—4/15, paġni 16-19.

• Il-​Bibbja għala titkellem b’mod favorevoli dwar is-​skiet?

Din turi li s-​skiet jistaʼ jkun sinjal taʼ rispett, għajnuna għall-​meditazzjoni, u evidenza taʼ diskrezzjoni u dixxerniment. (Salm 37:7; 63:6; Prov. 11:12)—5/15, paġni 3-5.

• Kemm kien hemm slaten taʼ Ġuda li wrew żelu li jispikka għad-​dar t’Alla?

Dsatax-il sultan ħakmu fuq is-​saltna taʼ Ġuda fin-​Nofsinhar, u erbgħa minnhom kienu magħrufin għal dan iż-​żelu—Asa, Ġeħosafat, Ħeżekija, u Ġosija.—6/15, paġni 7-11.

• Huma l-​Kristjani midlukin kollha fuq l-​art li jieħdu sehem f’li jipprovdu l-​ikel spiritwali?

Le. Dawk kollha li huma midlukin bl-​ispirtu t’Alla huma parti mill-​klassi tal-​ilsir leali u għaqli, imma dawk li jifformaw il-​Ġemgħa li Tiggverna jieħdu ħsieb l-​għoti tal-​ikel spiritwali.—6/15, paġni 22-24.

• Għala jistaʼ jingħad li l-​imħabba kienet differenza importanti bejn il-​mod kif Ġesù ttratta lin-​nies u l-​mod kif ittrattawhom il-​mexxejja reliġjużi?

Minflok ma ħabbew lin-​nies komuni, dawn il-​mexxejja kienu jiddisprezzawhom. Iżjed minn hekk, ma kinux iħobbu lil Alla. Ġesù kien iħobb lil Missieru u tħassarhom lin-​nies. (Mt. 9:36) Kien teneru, mimli mogħdrija, u qalbu tajba magħhom.—7/15, paġna 15.