Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Jekk Kristjan jibda jismaʼ l-​ilħna, ifisser dan awtomatikament li qed jiġi attakkat mid-​demonji?

Le. Waqt li ġie rrapportat li d-​demonji juru lilhom infushom b’dan il-​mod, ħafna individwi li jisimgħu l-​ilħna jew jesperjenzaw sensazzjonijiet strambi li jinkwetawhom sabu, wara li investigawhom, li għandhom problema taʼ saħħa.

Anki fl-​ewwel seklu, milli jidher kien magħruf li attakki demoniċi u kundizzjonijiet taʼ saħħa fiżika kultant kellhom effetti simili. F’Mattew 17:​14-18 naqraw dwar tifel żgħir li Ġesù kien fejjaq. Għalkemm it-​tfajjel wera li kellu sintomi gravi t’epilessija, jew il-​marda tal-​qamar, is-​sofferenzi tiegħu kienu kaġunati minn demonju. Madankollu, f’okkażjoni oħra qabel din, meta folol taʼ nies li kienu qed isofru ittieħdu għand Ġesù biex ifejjaqhom, fosthom kien hemm “dawk li kellhom fihom ix-​xjaten, u dawk li jagħtihom tal-​qamar.” (Mattew 4:​24, KŻ, korsiv tagħna.) Jidher ċar li kien magħruf li ftit minn dawk li kienu epilettiċi ma kinux maħkumin mid-​demonji. Il-​problemi tagħhom kienu fiżiċi.

Huwa rrapportat li wħud minn dawk li jsofru mis-​skiżofrenja, marda li spiss tistaʼ titfejjaq bil-​mediċina, jisimgħu l-​ilħna jew jesperjenzaw sintomi oħra li jistgħu jidhru li huma xi ħaġa sopranaturali. a Xi kundizzjonijiet fiżiċi oħra jistgħu wkoll jikkaġunaw konfużjoni mentali li b’mod żbaljat tistaʼ tittieħed bħala li hi kaġunata mid-​demonji. Għalhekk, waqt li individwu li jgħid li qed jismaʼ l-​ilħna jew li għandu sensazzjonijiet oħra li qed jinkwetawh ma jridx iħalli barra l-​fatt li jistaʼ jkun qed jiġi attakkat mid-​demonji, hu żgur li għandu jiġi inkuraġġit jinvestiga dwar jekk hemmx spjegazzjoni fiżika għal dak li qed iħoss.

[Nota taʼ taħt]

a Ara l-​artiklu “Taking the Mystery out of Mental Illness,” (Insolvu l-​Misteru tal-​Mard Mentali) fil-​ħarġa taʼ l-​Awake! tat-​8 taʼ Settembru, 1986, rivista li tmur id f’id mat-​Torri taʼ l-​Għassa.