“Il-ġwejdin se jirtu l-art”
Ħafna minna rajna inġustizzji u nies ħżiena jaħqru lin-nies tajbin u innoċenti. Qatt se jkun hawn żmien fejn l-inġustizzja u l-ħażen ma jkunux iktar?
Salm 37 fil-Bibbja jagħtina t-tweġiba, kif ukoll gwida għal-lum il-ġurnata. Innota x’jgħid dwar il-mistoqsijiet importanti li ġejjin.
Kif għandna nirreaġixxu maʼ dawk li jittrattawna ħażin?—Versi 1, 2.
X’se jiġri min-nies il-ħżiena?—Vers 10.
Dawk li jagħmlu t-tajjeb, x’futur hemm jistenniehom?—Versi 11, 29.
X’għandna nagħmlu issa?—Vers 34.
Il-kliem ispirat taʼ Salm 37 juri ċar li dawk li ‘jittamaw f’Ġeħova u jżommu triqtu’ se jkollhom futur sabiħ ħafna. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova se jkunu ferħanin li jgħinuk tistudja l-Bibbja u titgħallem dwar x’tistaʼ tagħmel biex dan il-futur isir realtà għalik u għal dawk li tħobb.