Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IT-TORRI TAL-GĦASSA Nru. 1 2018 | Il-Bibbja għadha tgħodd għal żmienna?

IL-BIBBJA TGĦODD GĦAL ŻMIENNA?

Meta tqis l-​informazzjoni kollha li għandna disponibbli fid-​dinja llum, hi l-​Bibbja prattika għalina għalkemm hi antika? Il-​Bibbja tgħid:

“L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa.”—2 Timotju 3:16.

Il-​Bibbja ssostni li tistaʼ tiggwidana f’kull aspett tal-​ħajja. Din il-​ħarġa tat-​Torri tal-​Għassa teżamina propju dan.

 

Hija l-gwida tal-Bibbja prattika għal żmienna?

Bl-informazzjoni disponibbli li tiġi aġġornata spiss, għala għandek iddur lejn il-Bibbja li għandha kważi 2,000 sena?

It-tagħlim tal-Bibbja—Għerf li jibqaʼ jgħodd

Il-Bibbja mhux talli tagħti prova li għadha tgħodd meta mqabbla maʼ għarfien modern, imma it-tagħlim tagħha hu bbażat fuq valuri u prinċipji li huma prattiċi u jibqgħu dejjem jgħoddu.

Antikwata jew avvanzata għal żmienha?

Il-Bibbja mhix ktieb tax-xjenza, imma fiha stqarrijiet dwar ix-xjenza li jistgħu jimpressjonawk.

1 Għajnuna biex tevita l-problemi

Ikkunsidra kif l-għerf t’Alla għen lin-nies jevitaw xi problemi l-iktar diffiċli tal-ħajja.

2 Għajnuna biex issolvi l-problemi

Il-Bibbja fiha għerf biex tgħinna negħlbu problemi persistenti u li jġibu frustrazzjoni, bħall-inkwiet żejjed, it-tnikkir, u s-solitudni.

3 Għajnuna biex tkampa mal-problemi

Xi ngħidu dwar problemi li għal issa ma jistgħux jiġu evitati jew solvuti, bħall-mard kroniku jew il-mewt?

Il-Bibbja u l-futur tiegħek

Il-Kelma t’Alla tgħinna nkampaw maʼ dak li għandna eżatt quddiemna—il-problemi taʼ kuljum li lkoll niffaċċjaw f’din id-dinja kollha problemi. Imma l-Bibbja tgħinna iktar minn hekk. Tgħinna naraw ukoll x’ġej fil-futur.

Int x’taħseb?

Ikkunsidra x’jemmnu xi nies u x’tgħid il-Bibbja stess dwar din il-mistoqsija.