X’tgħid il-Bibbja?
X’jiġri meta mmutu?
XI NIES JEMMNU li ngħixu f’għamla oħra, filwaqt li oħrajn iħossu li mal-mewt jispiċċa kollox. Int x’temmen?
DAK LI TGĦID IL-BIBBJA
“Il-mejtin ma jafu assolutament xejn.” (Ekkleżjasti 9:5) Meta mmutu nieqfu neżistu.
X’NITGĦALLMU IKTAR MILL-BIBBJA
L-ewwel raġel, Adam, reġaʼ mar lura lejn it-trab meta miet. (Ġenesi 2:7; 3:19) Bl-istess mod, kull min imut jerġaʼ lura lejn it-trab.—Ekkleżjasti 3:19, 20.
Nies li jmutu huma meħlusin, jew maħfurin, minn dnubiethom. (Rumani 6:7) M’hemmx iżjed kastigi għad-dnub wara li persuna tmut.
Jistgħu l-mejtin jerġgħu jgħixu?
X’KONT TGĦID?
Iva
Le
Forsi
DAK LI TGĦID IL-BIBBJA
“Se jkun hemm irxoxt.” —Atti 24:15.
X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-BIBBJA?
Spiss il-Bibbja tqabbel il-mewt mal-irqad. (Ġwanni 11:11-14) Alla jistaʼ jqajjem lill-mejtin, eżattament bħalma aħna nistgħu nqajmu lil xi ħadd li jkun rieqed.—Ġob 14:13-15.
Il-Bibbja fiha diversi eżempji taʼ rxoxt, u b’hekk tagħtina bażi solida biex nemmnu li l-mejtin se jiġu mqajmin.—1 Slaten 17:17-24; Luqa 7:11-17; Ġwanni 11:39-44.