Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IDEA BIEX TISTUDJA

Aħseb Dwar l-Iktar Punti Importanti

Aħseb Dwar l-Iktar Punti Importanti

Ġieli ssibha diffiċli biex tiftakar xi tkun studjajt? Din tistaʼ tiġri lil kulħadd. Imma li taħseb dwar l-iktar punti importanti se jgħinek.

Meta tkun qiegħed tistudja, ipprova ieqaf kull ftit ħin u aħseb dwar dak li tgħallimt. L-appostlu Pawlu ta parir lill-aħwa għal meta jkunu qegħdin jistudjaw. Hu qal: “Dan hu l-iktar punt importanti.” (Lhud 8:1) B’dan il-kliem, Pawlu għenhom jifhmu x’ried jgħid fl-ittra tiegħu u x’kienet l-iktar ħaġa importanti.

Forsi tistaʼ tħalli 10 minuti fl-aħħar tal-istudju tiegħek biex taħseb dwar l-iktar punti importanti li tkun studjajt. Jekk ma tkunx tistaʼ tiftakar, erġaʼ aqra s-sentenzi li għoġbuk l-iktar. U jekk tkun tgħallimt xi ħaġa ġdida, ipprova spjegaha fi kliemek stess. Meta taħseb dwar l-iktar punti importanti, se tkun tistaʼ tiftakar iktar u tara kif dak li tgħallimt jistaʼ jgħinek fil-ħajja tiegħek.