BIJOGRAFIJA
Ġeħova Saħħaħna Kemm fil-Gwerra u Kemm fil-Paċi
Paul: Konna vera eċitati! F’Novembru tal-1985 konna fi triqitna għall-ewwel inkarigu missjunarju. Dan kien fil-Liberja, fl-Afrika. It-titjira tagħna waqfet is-Senegal. Anne qaltli: “Siegħa oħra nkunu l-Liberja!” Imbagħad smajna dan l-avviż: “Il-passiġġieri li huma għal-Liberja għandhom jinżlu minn fuq l-ajruplan. Xi nies ippruvaw iwaqqgħu l-gvern, u allura ma nistgħux immorru hemm.” L-għaxart ijiem taʼ wara qgħadna maʼ missjunarji fis-Senegal. Mill-aħbarijiet sirna nafu li fil-Liberja kienu qed jinqatlu ħafna u ħafna nies. Il-gvern ma kienx qed iħalli lin-nies joħorġu minn djarhom filgħaxijiet inkella jinqatlu.
Anne: Aħna m’aħniex it-tip li nħobbu l-avventura. Infatti, mindu kont żgħira kont magħrufa bħala Annie l-Ansjuża. Jien anki naqsam it-triq nibżaʼ! Imma konna determinati li mmorru fl-inkarigu tagħna.
Paul: Jien u Anne trabbejna fl-istess inħawi fl-Ingilterra, madwar tmien kilometri ’l bogħod minn xulxin. It-tnejn bdejna naqdu bħala pijunieri eżatt kif spiċċajna l-iskola. Kemm il-ġenituri tiegħi u kemm omm Anne kienu jinkuraġġuna biex nagħmlu pijunier, allura appoġġawna bis-sħiħ meta xtaqna karriera fil-full-time service. Meta kelli 19-il sena, jien kelli l-privileġġ li mmur Betel, u Anne ngħaqdet miegħi wara li żżewwiġna fl-1982.
Anne: Konna nieħdu gost Betel, imma dejjem xtaqna li naqdu fejn il-bżonn hu akbar. Peress li f’Betel konna naħdmu m’aħwa li qabel kienu missjunarji, iktar xtaqna nagħmlu dan. Għamilna tliet snin kull filgħaxija nitolbu speċifikament dwar dan, allura konna vera eċitati meta fl-1985 stidnuna biex nattendu d-79 klassi taʼ Gilegħad. Ġejna inkarigati mmorru l-Liberja, fl-Afrika.
L-IMĦABBA TAL-AĦWA GĦENITNA NISSAPORTU
Paul: Aħna tlajna fl-ewwel titjira li kien hemm għal-Liberja. In-nies kienu mbeżżgħin ħafna, u xorta kien għad hemm ir-restrizzjonijiet biex jibqgħu d-dar f’ċertu ħinijiet. Sempliċi a Peress li kien ilu jgħix hemm u kien jaf sew iċ-ċirkustanzi u l-isfidi tal-aħwa, tgħallimt ħafna mingħandu.
ħoss qawwi taʼ karozza kien jaqlaʼ paniku sħiħ fis-swieq. Biex nikkalmaw, kull filgħaxija konna naqraw flimkien mis-Salmi. Imma vera konna nħobbuh l-inkarigu. Anne kienet tmur service kuljum, u jien kont naħdem f’Betel flimkien maʼ John Charuk.Anne: Grazzi għall-aħwa, aħna malajr sirna nħobbu l-inkarigu tagħna fil-Liberja. Huma kienu dħulin, leali, u juru mħabba. Għamilna ħbieb sew magħhom u saru parti mill-familja ġdida tagħna. Il-pariri tagħhom saħħewna spiritwalment. Is-service kien tal-għaġeb! In-nies kienu jiddejqu jekk ma konniex indumu għandhom. Huma kienu jiddiskutu mistoqsijiet mill-Bibbja kullimkien, u kien vera faċli li tkompli magħhom. Tant kellna studenti tal-Bibbja li kienet sfida biex nistudjaw magħhom kollha. Imma kienet sfida sabiħa!
BŻAJNA IMMA ĠEĦOVA SAĦĦAĦNA
Paul: Għal erbaʼ snin, is-sitwazzjoni fil-pajjiż kienet ftit iktar kalma. Imma fl-1989, bdiet gwerra ċivili u nbidel kollox. Aħna konna qed ngħixu fil-qalba tal-gwerra. Is-suldati ribelli ħadu kontroll tal-inħawi taʼ madwar Betel fit-2 taʼ Lulju tal-1990. Għal tliet xhur ma kellniex kuntatt barra l-pajjiż, inkluż mal-familja u mal-kwartieri ġenerali. Kien hemm kaos u vjolenza kullimkien, nuqqas t’ikel, u n-nisa kienu qed jiġu stuprati. Dan l-inkwiet baqaʼ għaddej għal 14-il sena u affettwa l-pajjiż kollu.
Anne: Xi nies minn ċerti tribujiet kienu qed jiġġieldu u joqtlu lil dawk minn tribujiet oħra. Suldati armati sew u lebsin stramb, kienu jiġġerrew fit-toroq, jidħlu fid-djar, u jisirqu li jridu. Għal xi wħud minnhom, li joqtlu bniedem kien qisu qed joqtlu tiġieġa. Huma kienu jagħlqu t-toroq u spiss kienu joqtlu lin-nies li kienu jridu jgħaddu minn hemm. Imbagħad kienu jitfgħu l-iġsma mejtin tagħhom fuq xulxin. Dan ġara anki viċin Betel. Anki Xhieda leali ġew maqtulin, inkluż żewġ missjunarji ħbieb tagħna.
Ċerti tribujiet kienu qed jiġru warajhom is-suldati biex joqtluhom, u xi Xhieda rriskjaw ħajjithom biex jaħbu aħwa minn dawn. Il-missjunarji u l-Beteliti għamlu l-istess. Xi Xhieda li kellhom jaħarbu kienu jorqdu isfel f’Betel u oħrajn kienu jgħixu fuq fil-kmamar tagħna. Aħna kellna familja taʼ sebgħa fil-kamra magħna.
Paul: Is-suldati kuljum kienu jipprovaw jaraw jekk hux qed naħbu lil xi ħadd. Kull darba li kien jiġri hekk, tnejn minna kienu jmorru ħdejn
il-gate taʼ barra biex jitkellmu mas-suldati u tnejn oħra joqogħdu ħdejn tieqa. Jekk it-tnejn li kienu jkunu ħdejn il-gate jżommu jdejhom quddiemhom, kien sinjal li s-suldati mhux se jidħlu, imma jekk kienu jpoġġu jdejhom wara daharhom, kien ifisser li s-suldati huma aggressivi. Meta kien jiġri hekk, dawk taʼ mat-tieqa kienu jaħbu lill-aħwa mill-ewwel.Anne: Wara ħafna ġimgħat, ma rnexxilniex inwaqqfu grupp taʼ suldati rrabjati milli jidħlu. Jien u oħt oħra ngħalaqna fil-kamra tal-banju fejn kellna post biex nistaħbew. Hemm kien hemm kabinett li kellu qiegħ falz u l-oħt daħlet f’dak l-ispazju żgħir. Is-suldati armati bil-machine guns telgħu warajja. Huma bdew isabbtu fuq il-bieb irrabjati. Paul ipprova jwaqqafhom milli jidħlu u qalilhom li kont qed nuża l-kamra tal-banju. Biex nirranġa l-għatu tal-qiegħ falz, għamilt xi ftit ħoss, u biex nirranġa l-affarijiet fuq l-ixkafef, ħadt xi naqra ħin. Allura bdejt nibżaʼ li se jissuspettaw ħażin u bdejt nitriegħed minn rasi sa saqajja. Kont naf li kelli bżonn nikkalma qabel ma mmur niftaħ, għax inkella kienu se jissuspettaw iktar. Għalhekk tlabt bil-ħniena f’qalbi lil Ġeħova biex jgħinni. Imbagħad mort, ftaħt il-bieb, u b’xi mod, irnexxieli nkellimhom bil-kalma. Wieħed minnhom imbuttani u baqaʼ sejjer dritt għall-kabinett, fetħu, u beda jqalleb fl-ixkafef. Lanqas ried jemmen li ma sab xejn. Imbagħad hu u l-grupp tiegħu marru jfittxu fil-kmamar l-oħra u fil-kamra taʼ mal-bejt. Imma għal darb’oħra, ma sabu xejn.
IL-VERITÀ BAQGĦET TIDDI
Paul: Kellna nuqqas t’ikel għal xhur, imma l-ikel spiritwali żammna ħajjin. Spiss l-uniku “breakfast” li kien ikollna kien il-morning worship taʼ Betel. Apprezzajnieh ħafna dan l-ikel spiritwali, għax kien jgħinna nissaportu kull ġurnata.
Kieku l-ikel u l-ilma spiċċaw għalkollox, kien ikollna nitilqu mill-fergħa, u aktarx dawk li kienu mistoħbijin hemm, kienu jinqatlu. Ġeħova spiss ipprovdielna dak li kellna bżonn eżatt fil-ħin u b’modi tal-għaġeb. Hu ħa ħsiebna u għenna nikkontrollaw il-beżgħat tagħna.
Is-sitwazzjoni fil-pajjiż saret iktar u iktar bla tama, imma l-verità kompliet issaħħaħna. Għal darba wara l-oħra, ħutna kellhom jaħarbu biex isalvaw ħajjithom, imma l-fidi tagħhom baqgħet soda u baqgħu kalmi minkejja d-diffikultajiet. Xi wħud qalu li l-fatt li kellhom jissaportu matul dan iż-żmien diffiċli tal-gwerra kien “qed jittrennjahom għaż-żmien taʼ tbatija kbira.” Anzjani u rġiel żgħażagħ b’kuraġġ għamlu kulma setgħu biex jgħinu lil ħuthom. L-aħwa li ħarbu fi nħawi oħra bdew jgħinu lil xulxin u jippritkaw f’dawk l-inħawi. Huma użaw kulma sabu fil-foresta biex jagħmlu Swali tas-Saltna sempliċi u jagħmlu l-laqgħat. F’dak iż-żmien tant diffiċli, li jmorru l-laqgħat u jippritkaw, għenhom biex ikollhom tama u jiġu inkuraġġiti ħafna. Meta bdew jitqassmu l-provvisti tal-għajnuna, konna vera inkuraġġiti meta dawn l-aħwa bdew jitolbuna basktijiet Mat. 5:14-16) Iż-żelu li kellhom wassal biex anki xi wħud mis-suldati kattivi jsiru ħutna.
biex jippritkaw minflok ħwejjeġ! In-nies li kienu għaddew minn trawma u mdejqin, riedu jisimgħu l-aħbar tajba. Huma baqgħu mistagħġbin dwar kemm ix-Xhieda kienu ferħanin u pożittivi; l-aħwa kienu qed jiddu f’dak id-dlam kollu. (ĠEĦOVA SAĦĦAĦNA META KELLNA NITILQU LILL-AĦWA
Paul: Xi kultant kellna nitilqu mill-pajjiż. Tlaqna tliet darbiet għal ftit żmien u darbtejn għal sena. Oħt missjunarja spjegat sew kif konna qed inħossuna meta kellna nitilqu. Hi qalet: “F’Gilegħad niġu mgħallmin biex inħobbu lil ħutna li niltaqgħu magħhom b’qalbna kollha, u hekk għamilna. Għalhekk, li nitilquhom f’dawk iċ-ċirkustanzi kien diffiċli ħafna, ħassejna qalbna ħierġa.” Imma għall-inqas konna ferħanin li stajna ngħinu lill-aħwa u x-xogħol tal-ippritkar fil-Liberja mill-pajjiżi viċin.
Anne: F’Mejju tal-1996, erbgħa minna tlaqna bil-karozza taʼ Betel b’ħafna karti li kien fihom informazzjoni importanti dwar ix-xogħol fil-Liberja. Aħna xtaqna mmorru n-naħa l-oħra tal-belt fejn kien iktar sigur, 16-il kilometru ’l bogħod. Dak il-ħin, in-naħat tagħna kienu qed jiġu attakkati. Is-suldati rrabjati bdew jisparaw fl-arja, waqqfuna, ħarġu tlieta minna mill-karozza, u telqu biha waqt li Paul kien għadu fiha. Aħna bqajna hemm ixxokkjati. F’daqqa waħda, rajna lil Paul ġej minn ġol-folla bid-demm iċarċar minn maʼ moħħu. Fil-konfużjoni ħsibna li kienu sparawlu, imma mbagħad irrealizzajna li kieku kien hekk, ma kienx se jimxi. Wieħed mis-suldati weġġgħu waqt li mbuttah ’il barra mill-karozza. Konna grati li kienet biss ferita żgħira.
Kien hemm trakk tal-armata li dalwaqt kien se jitlaq. Dan kien ippakkjat b’nies imbeżżgħin. Aħna wkoll xtaqna mmorru, imma peress li ma kienx hemm post ġewwa, kellna noqogħdu fuq barra. Bilkemm kien hemm maʼ xiex inżommu. Ix-xufier saq bis-saħħa u kważi waqajna. Bdejna nitolbuh biex jieqaf, imma kien imbeżżaʼ wisq biex jagħmel hekk. B’xi mod irnexxielna nżommu u naslu, imma konna għajjenin ħafna u nitriegħdu bil-biżaʼ.
Paul: Meta ħarisna lejn xulxin rajna li l-ħwejjeġ tagħna kienu maħmuġin u mqattgħin, u lanqas stajna nemmnu li konna għadna ħajjin. Irqadna f’għalqa ħdejn ħelikopter li kien imdamdam bil-bullets. L-għada morna bih Sierra Leone. Konna grati li konna għadna ħajjin, imma inkwetati ħafna dwar l-aħwa.
ĠEĦOVA SAĦĦAĦNA BIEX NISSAPORTU SFIDI OĦRA
Anne: Wasalna qawwijin u sħaħ Betel fi Freetown, Sierra Leone. L-aħwa tgħidx kemm ħadu ħsiebna. Imma bdew jiġuni f’moħħi l-affarijiet koroh li rajt. Matul il-ġurnata kont inkun il-ħin kollu mbeżżgħa li se tiġri xi ħaġa. Ma stajtx naħseb sew u bdejt nara kollox stramb. Billejl kont inqum imxarrba għasra, nitriegħed, u naħseb li se tiġri xi ħaġa kerha. Ma kontx inkun nistaʼ nieħu nifs. Paul kien jgħannaqni u jitlob miegħi. Konna nkantaw għanjiet tas-Saltna sakemm nikkalma. Bdejt inħossni se niġġennen u li ma stajtx inkompli naqdi bħala missjunarja.
Qatt mhu se ninsa dak li ġara wara. Dik il-ġimgħa stess irċivejna żewġ rivisti. Wieħed kien l-Awake! tat-8 taʼ Ġunju tal-1996. Kien fih artiklu dwar kif tkampa mal-attakki tal-paniku. Għenni nifhem dak li kien qed jiġrili. It-tieni wieħed kien il-Watchtower tal-15 taʼ Mejju tal-1996. Fih kellu artiklu dwar minn fejn il-friefet iġibu s-saħħa tagħhom u kellu stampa taʼ farfett imweġġaʼ. L-artiklu spjega li bħalma farfett setaʼ jkompli jiekol u jtir minkejja li l-ġwienaħ tiegħu kienu mweġġgħin serjament, bl-għajnuna taʼ Ġeħova, aħna wkoll nistgħu nkomplu ngħinu lil oħrajn avolja nkunu għaddejna minn affarijiet koroh ħafna f’ħajjitna. Dawn l-artikli vera saħħewni u kienu eżatt fil-ħin. (Mat. 24:45) Fittixt artikli simili u ġbarthom ġo folder. Dawn veru għenuni. Maż-żmien, ma bqajtx inbati daqshekk bl-ansjetà.
ĠEĦOVA SAĦĦAĦNA BIEX NADDATTAW
Paul: Dejjem konna nkunu ferħanin meta konna mmorru lura l-Liberja. Lejn l-aħħar tal-2004, konna ilna f’dan l-inkarigu kważi 20 sena. Il-gwerra kienet spiċċat u kien hemm
pjanijiet taʼ kostruzzjoni f’Betel. Imma f’daqqa waħda talbuna biex naċċettaw inkarigu ġdid.Din kienet prova kbira għalina. Aħna tant konna sirna nħobbu lill-aħwa fil-Liberja li kienu bħala l-familja tagħna, u ma xtaqniex nitilquhom. Imma aħna konna diġà esperjenzajna l-barka taʼ Ġeħova meta tlaqna l-familji tagħna biex immorru Gilegħad, allura aċċettajna l-inkarigu l-ġdid fil-Ghana, pajjiż viċin.
Anne: Tgħidx kemm bkejna meta tlaqna mil-Liberja. Bqajna sorpriżi meta ħu mdaħħal fiż-żmien jismu Frank qalilna: “Għandkom tinsewna.” Imbagħad hu spjega: “Nafu li m’intomx se tinsewna, imma għandkom tħobbu lill-aħwa fil-Ghana b’qalbkom kollha. Dan l-inkarigu hu minn Ġeħova, allura ffokaw fuq l-aħwa t’hemm.” Dak li qal għenna nkunu lesti nagħmlu ħbieb ġodda f’pajjiż fejn ftit kienu jafuna u fejn għalina kien kollox ġdid.
Paul: Infatti, ma domniex ma sirna nħobbu lill-familja ġdida tagħna fil-Ghana. Kien hemm ħafna aħwa hemm! Tgħallimna ħafna mil-lealtà u l-fidi b’saħħitha tagħhom. Imbagħad wara li qdejna 13-il sena fil-Ghana, irċivejna sorpriża oħra. Ġejna mitluba biex immorru naqdu fil-fergħa tal-Kenja, fl-Afrika. Għalkemm immissjajna ħafna l-aħwa li ltqajna magħhom fl-inkarigi taʼ qabel, ma domniex biex għamilna ħbieb mal-għeżież ħutna fil-Kenja. Aħna għadna naqdu f’territorju kbir ħafna fejn il-bżonn hu akbar.
DAK LI TGĦALLIMNA
Anne: Matul ħajti, esperjenzajt ħafna ċirkustanzi diffiċli u kemm-il darba ħassejtni mbeżżgħa ħafna. Sitwazzjonijiet perikolużi jew stressanti jistgħu jeffettwawna fiżikament u emozzjonalment. Ma nistgħux nippretendu li Ġeħova se jipproteġina b’xi miraklu. Anki issa, meta nismaʼ xi sparar, inħoss bħal għoqla fl-istonku u ma nkunx nistaʼ nċaqlaq idejja. Imma tgħallimt niddependi fuq l-għajnuna kollha taʼ Ġeħova biex isaħħaħna, inkluż l-appoġġ tal-aħwa. Ukoll, jekk ikollna rutina spiritwali tajba, Ġeħova jistaʼ jgħinna biex nibqgħu fl-inkarigu tagħna.
Paul: Xi wħud jistaqsu, “Tħobbuh l-inkarigu tagħkom?” Il-pajjiżi jistgħu jkunu sbieħ, imma wkoll jistgħu jkunu instabbli u perikolużi. Għalina mhux il-pajjiż importanti, imma l-aħwa prezzjużi taʼ ġo fih li huma l-familja tagħna. Minkejja li għandna backgrounds differenti, aħna nħossuna l-istess dwar Ġeħova. Konna naħsbu li ntbgħatna biex ninkuraġġuhom, imma fil-verità, huma jsaħħu lilna.
Kull darba li mmorru minn post għal ieħor, naraw il-miraklu li Ġeħova qed jagħmel fi żmienna: Dan hu li għandna l-aħwa mad-dinja kollha. Sakemm inkunu parti mill-kongregazzjoni, aħna għandna familja u fejn noqogħdu. Aħna ċerti li jekk inkomplu nistrieħu fuq Ġeħova, hu se jagħtina s-saħħa biex nissaportu kwalunkwe ħaġa.—Flp. 4:13.
a Ara l-bijografija taʼ John Charuk, “I Am Grateful to God and Christ,” f’It-Torri tal-Għassa bl-Ingliż tal-15 taʼ Marzu 1973.