Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Mibegħda Se Tispiċċa Darba għal Dejjem!

Il-Mibegħda Se Tispiċċa Darba għal Dejjem!

Anki jekk nieqfu nobogħdu lil oħrajn, ma nistgħux inwaqqfu lin-​nies taʼ madwarna milli juru mibegħda. Xorta se jibqaʼ jkun hemm nies li jobogħdu lil nies oħra għal xejn. Allura n-​nies kif jistgħu jieqfu jobogħdu lil oħrajn?

Alla Ġeħova biss jistaʼ jwaqqaf lin-​nies milli juru mibegħda lejn xulxin. Il-​Bibbja twiegħed li hekk se jagħmel.—Proverbji 20:22.

ALLA SE JNEĦĦI DAK LI JĠIB IL-​MIBEGĦDA

  1. 1. SATANA X-​XITAN. Satana, l-​anġlu li ħadha kontra Ġeħova, ġab il-​mibegħda kollha li naraw illum. Alla se jeqred lil Satana u lil dawk kollha li bħalu jobogħdu lil oħrajn.—Salm 37:38; Rumani 16:20.

  2. 2. ID-​DINJA ĦAŻINA TAʼ SATANA. Alla se jneħħi kull ħaġa li tinkuraġġixxi l-​mibegħda, inkluż politikanti korrotti u mexxejja reliġjużi li jinkuraġġixxu lin-​nies tagħhom biex jobogħdu lil oħrajn. Alla se jneħħi negozji li huma egoisti, korrotti, u li jieħdu vantaġġ min-​nies. —2 Pietru 3:13.

  3. 3. L-​IMPERFEZZJONI TAN-​NIES. Il-​Bibbja tispjega li kulħadd għandu t-​tendenza li jaħseb, iħoss, u jagħmel dak li hu ħażin. (Rumani 5:12) Fil-​fatt, ħafna nies jobogħdu lil oħrajn u ma jżommux lura milli juruhom dan. Alla se jgħin lin-​nies biex ma jibqgħux jobogħdu lil oħrajn. —Isaija 54:13.

IL-​BIBBJA TWIEGĦED LI L-​MIBEGĦDA SE TISPIĊĊA

  1. 1. MHUX SE JKUN HAWN INĠUSTIZZJA. Is-​Saltna t’Alla se tmexxi fuq l-​art. Dan se tagħmlu mis-​sema u se ġġib il-​ġustizzja għal dejjem. (Danjel 2:44) Mhux se jkun hemm diskriminazzjoni. Alla se jneħħi l-​inġustizzji kollha li hawn.—Luqa 18:7.

  2. 2. KULĦADD SE JGĦIX FIL-​PAĊI. Ħadd mhu se jbati minħabba l-​vjolenza jew il-​gwerer. (Salm 46:9) Ħadd mhu se jkollu għalfejn jibżaʼ għax fid-​dinja se jkun hawn biss nies li jħobbu l-​paċi.—Salm 72:7.

  3. 3. KULĦADD SE JGĦIX GĦAL DEJJEM F’DINJA PERFETTA. Kulħadd se jħobb lil xulxin. (Mattew 22:39) Ħadd mhu se jbati jew jiftakar f’affarijiet koroh. (Isaija 65:17) Dakinhar il-​mibegħda se tkun tneħħiet darba għal dejjem u n-​nies se jgawdu l-​paċi li se jkun hawn.—Salm 37:11.

Int tixtieq tgħix ħajja bħal din? Minn issa stess, ħafna nies qed jitgħallmu mill-​Bibbja kif għandhom juru mħabba lejn ħaddieħor. (Salm 37:8) Hekk qed jagħmlu miljuni taʼ Xhieda taʼ Ġeħova mad-​dinja kollha. Avolja għandhom kultura u trobbija differenti, huma magħqudin u jħobbu lil xulxin.—Isaija 2:2-​4.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jgħidulek kif tgħallmu jissaportu l-​inġustizzja u d-​diskriminazzjoni. Dan se jgħinek biex tibda turi l-​imħabba minflok il-​mibegħda. Int se titgħallem tħobb anki lil dawk li ma jurux apprezzament jew li jobogħdu lil oħrajn. B’hekk, int se ssir iktar ferħan issa u l-​ħbiberiji li għandek se jmorru għall-​aħjar. Iżjed minn hekk, int se titgħallem kif tistaʼ tgħix għal dejjem f’dinja mingħajr mibegħda taħt is-​Saltna t’Alla.—Salm 37:29.