Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

KIF TISTAʼ TWAQQAF IĊ-​ĊIKLU TAL-​MIBEGĦDA

4 | Irbaħ il-Mibegħda bl-Għajnuna t’Alla

4 | Irbaħ il-Mibegħda bl-Għajnuna t’Alla

X’Tgħallem il-​Bibbja:

“Il-​frott taʼ l-​ispirtu hu l-​imħabba, il-​ferħ, il-​paċi, is-​sabar fit-​tul, il-​qalb tajba, it-​tjubija, il-​fidi, il-​ħlewwa, ir-​rażna.”GALATIN 5:22, 23.

Xi Jfisser:

Bl-​għajnuna t’Alla nistgħu ma nibqgħux nobogħdu. L-​ispirtu qaddis jistaʼ jgħinna jkollna kwalitajiet li qatt ma jistaʼ jkollna waħedna. Minflok ma nipprovaw negħlbu l-​mibegħda bis-​saħħa tagħna, tajjeb li nfittxu l-​għajnuna t’Alla. Jekk nagħmlu hekk se nħossuna kif ħassu l-​appostlu Pawlu, li kiteb: “Għal kollox għandi s-​saħħa permezz taʼ dak li jagħtini l-​qawwa.” (Filippin 4:13) Imbagħad inkunu nistgħu ngħidu: “L-​għajnuna tiegħi ġejja mingħand Ġeħova.”—Salm 121:2.

X’Tistaʼ Tagħmel:

“Minn raġel vjolenti Ġeħova biddilni f’wieħed li nżomm il-​paċi.”—WALDO

Itlob lil Ġeħova għall-​ispirtu qaddis. (Luqa 11:13) Itolbu biex jgħinek ikollok kwalitajiet tajbin. Studja dak li tgħid il-​Bibbja dwar kwalitajiet li jgħinuk tegħleb il-​mibegħda, bħall-​imħabba, il-​paċi, il-​paċenzja, u r-​rażna. Fittex modi kif tistaʼ turi dawn il-​kwalitajiet f’ħajtek. U qattaʼ ħin ma’ nies li huma wkoll juru kwalitajiet bħal dawn. Nies bħal dawn se jgħinuk turi l-​imħabba u tagħmel affarijiet tajbin.—Ebrej 10:24.