Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Karatteristika prominenti tal-Lag Nikaragwa hi l-gżira taʼ Ometepe, art tħaddar li fiha żewġ vulkani kbar bi strixxa art li tgħaqqadhom

PAJJIŻI U POPLI

Żjara fin-Nikaragwa

Żjara fin-Nikaragwa

IN-NIES spiss isejħu lin-Nikaragwa l-art tal-lagi u l-vulkani. Din l-art fiha l-ikbar lag fl-Amerika Ċentrali, il-Lag Nikaragwa. It-tribujiet indiġeni sejħulu Cocibolca, li jfisser “Baħar Ħelu.” Fih mijiet taʼ gżejjer u hu l-uniku lag tal-ilma ħelu li fih annimali tal-oċean bħalma huma l-kelb il-baħar, il-pixxispad, u t-tarpon.

Is-sacuanjoche (franġipani) hi l-fjura nazzjonali tan-Nikaragwa

In-Nikaragwa wkoll fiha wieħed mill-iżjed reġjuni iżolati tal-Amerika Ċentrali—il-Mosquito Coast. Dan hu strixxa art wiesgħa 65 kilometru tul il-kosta tal-Lvant u li tibqaʼ sejra fil-Ħonduras. Il-Miskito (mod ieħor kif tiġi spelluta Mosquito) huma wieħed mill-ħafna gruppi taʼ nies indiġeni fin-Nikaragwa li l-istorja tagħhom tmur lura għaż-żmien taʼ qabel ma waslu l-Ewropej fis-seklu 16.

Il-Miskito għandhom konnessjonijiet soċjali b’saħħithom u drawwiet uniċi. Pereżempju, il-lingwa Miskito ma fihiex kliem li bih tistaʼ tindirizza lil xi ħadd formalment, bħal “Sur” jew “Sinjura.” Fil-komunitajiet rurali, nies iżgħar jindirizzaw lil oħrajn ikbar minnhom bħala “Ziju” jew “Zija,” kemm jekk jiġu minn xulxin jew le. Drawwa eqdem fost in-nisa Miskito hi li jagħtu merħba lil ħbieb tal-qalb jew qraba billi jmissu ħaddhom maʼ ħadd il-persuna l-oħra. Imbagħad il-mara li bdiet il-merħba tieħu nifs ’il ġewwa minn imneħirha.

Nies indiġeni

Letteratura dwar il-Bibbja bil-Mayangna u bil-Miskito, ippubblikata mix-Xhieda taʼ Ġeħova