STENBAĦ! Ġunju 2014 | Kif tkun ħabib tajjeb?

Sfortunatament, ħafna llum m’għandhomx ħbieb veri. Imma għandu jkun hekk? X’hemm bżonn biex ikollok ħbiberija dejjiema? Ara l-pariri prattiċi tal-Bibbja.

Ħarsa lejn id-dinja

Suġġetti jinkludu: dilemma legali u morali t’embriji umani ffriżati li qed jiffaċċjaw kliniki tal-fertilità fil-Kanada, alternattiva interessanti għal sorsi konvenzjonali tal-laħam, u servizzi ġodda għal tiġijiet atei fl-Irlanda.

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Kif tkun ħabib tajjeb?

Il-biċċa l-kbira tan-nies jaħsbu li hu importanti li jkollok ħbieb tajbin. Kif tista’ tkun ħabib tajjeb għal oħrajn? Dan l-artiklu jeżamina erba’ linji gwida misjubin fil-Bibbja.

IL-ĦARSA TAL-BIBBJA

Il-mewt

X’jiġri meta mmutu? Hemm xi tama li nerġgħu ningħaqdu mal-maħbubin mejtin tagħna li mietu? Ikkunsidra t-tweġibiet ta’ faraġ li l-Bibbja tagħti dwar il-mewt.

TITWILA LEJN IL-PASSAT

Joseph Priestley

Kemm jekk kiteb dwar ix-xjenza jew ir-reliġjon, Joseph Priestley m’aċċettax teoriji u tradizzjonijiet minflok fatti jew verità. Ara kif l-iskoperti u l-kitbiet tiegħu kellhom influwenza sal-lum il-ġurnata.

Mard tal-ħanek—Tbati bih?

Il-mard tal-ħanek hu wieħed mill-iktar mard orali komuni fid-dinja. X’jikkaġunah? Kif tista’ tkun taf għandekx? U kif tista’ tnaqqas ir-riskju li jkollok il-mard tal-ħanek?

GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJA

Kif tikkontrolla l-infiq

Toqgħodx tistenna li tiġi fixxa biex taħseb dwar id-drawwiet tiegħek kif tonfoq il-flus. Sir af kif tikkontrolla l-infiq tiegħek qabel ma tirkbek il-problema.

ĠIE DISINJAT?

Il-ħila tan-navigazzjoni tal-ħanfusa tad-demel

X’sistema ta’ navigazzjoni juża l-ħanfus tad-demel? U x’jistgħu jitgħallmu l-bnedmin minnha?

Iktar Affarijiet Onlajn

Dak li jgħidu ż-żgħażagħ dwar mowbajls

Għal ħafna ż-żgħażagħ mowbajl hu l-ħajja soċjali tagħhom. X’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-mowbajls?

Mosè jitrabba fl-Eġittu

X’nistgħu nitgħallmu mill-ħajja ta’ Mosè fl-Eġittu? Iddawnlowdja dawn l-attivitajiet u ddiskutuhom bħala familja.