Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Farraġha

Farraġha

Farraġha

Reċentement, mara żagħżugħa mill-​Ġappun kitbet dwar id-​dipressjoni li għandha u li ilha tbati biha minn mindu kienet żgħira. Dak li farraġha, qalet it-​tfajla, kienet l-​istampa taʼ tarbija f’dirgħajn missierha, li dehret fit-​Torri taʼ l-​Għassa, rivista li tmur id f’id maʼ din. Ħdejn l-​istampa kien hemm dan il-​kliem: “Bħal tgħanniqa kbira taʼ missier li jħobb, il-​faraġ taʼ Ġeħova jistaʼ jnaqqas l-​ansjetà tagħna.”

It-tfajla spjegat li meta qrat il-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir ħasset l-​istess tip taʼ farraġ. Kif? “Huwa miktub fi stil bħal meta missier ikellem lil xi ħadd żgħir. Meta naqrah, inħossni qisni qiegħda f’dirgħajn Ġeħova, u ma nkunx nistaʼ inżomm lura milli nibki. Xi drabi nkun nixtieq li xi ħadd joqgħod jismagħni u drabi oħra nixtieq li joqgħod ikellimni biex inkun nistaʼ nismaʼ dak li għandu x’jgħid. Imma din hija xi ħaġa li xi ħadd żgħir jistaʼ jitlobha u jien ma nistax ngħid lil xi ħadd biex iżommni f’dirgħajh jew li nixtiequ joqgħod ikellimni. Għalhekk, permezz taʼ dan il-​ktieb Ġeħova għalissa qed jagħmel dan għalija.”

Dan il-​ktieb taʼ 256 paġna bi stampi sbieħ ħareġ is-​sena l-​oħra. Tistaʼ tibgħat għal kopja billi timla l-​kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-​indirizz provdut jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Mingħajr ebda rbit nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.