‘Fil-qosor Imma Mimli Informazzjoni’
‘Fil-qosor Imma Mimli Informazzjoni’
Dan huwa l-mod kif waħda mara ddeskriviet il-browxer Alla X’Jirrikjedi Minna? Hi mbagħad bdiet tispjega x’qanqalha tgħid hekk. “Permezz taʼ dan il-browxer,” qalet hi, “Gloria, mara anzjana, reġgħet bdiet tixxennaq biex taqra l-Bibbja. Minn persuna li m’għandhiex kwiet f’ġisimha u li ma setgħetx tikkonċentra, saret persuna li tistudja għal sagħtejn sħaħ. Hi tipprepara l-lezzjonijiet kollha tagħha minn qabel u teżamina l-iskritturi kollha.”
Alla X’Jirrikjedi Minna? huwa pubblikazzjoni taʼ 32 paġna li hija daqs din ir-rivista. Turi biċ-ċar x’inhu l-iskop t’Alla għall-bnedmin u x’għandna nagħmlu biex ikollna l-approvazzjoni tiegħu. Xi lezzjonijiet interessanti jinkludu “Min Hu Alla?,” “Min Hu Ġesù Kristu?,” “X’Inhu L-Iskop T’Alla Għall-Art?,” u “X’Inhi S-Saltna T’Alla?”
Jekk tixtieq li jkollok kopja, imla l-kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-indirizz muri fuq il-kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Mingħajr ebda rbit nitlob kopja tal-browxer Alla X’Jirrikjedi Minna?
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.