Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 54

“Din hi t-triq”

“Din hi t-triq”

(Isaija 30:20, 21)

  1. 1. Hemm triq li hi tas-​sliem,

    Triq li qatt ma tintemm.

    Din it-​triq int tgħallimt,

    Triq li minn dejjem hemm.

    It-​triq li Kristu għallmek

    Meta leħnu smajt;

    Din hija t-​triq tas-​sliem,

    F’Kelmet Ġeħova rajt.

    (RITORNELL)

    Din hija t-​triq; Tal-​ħajja din hi t-​triq.

    La taljenax; Qrib ibqaʼ tal-​Ħallieq!

    Jgħid leħen Alla: ‘Din hija t-​triq;

    Tħarisx warajk għax żgur din hija t-​triq.’

  2. 2. Triq taʼ imħabba hemm,

    Minnha int qatt la ddur.

    Alla mexxiek fit-​triq;

    Jgħinek issibha żgur.

    Bi mħabba w tjieba jfur,

    Leali u ħanin.

    Din tal-​imħabba t-​triq;

    Teffettwa kull għemil.

    (RITORNELL)

    Din hija t-​triq; Tal-​ħajja din hi t-​triq.

    La taljenax; Qrib ibqaʼ tal-​Ħallieq!

    Jgħid leħen Alla: ‘Din hija t-​triq;

    Tħarisx warajk għax żgur din hija t-​triq.’

  3. 3. Hemm triq li ħajja ttik,

    M’għandu jdur minnha ħadd.

    Missierna wegħ’dna dan:

    Bħal dit-​triq ma ssib qatt,

    Triq fejn l-​imħabba tfur,

    Triq fejn jispikka s-​sliem.

    Dit-​triq il-​ħajja ttik.

    Ħa nfaħħru ’l Jah flimkien.

    (RITORNELL)

    Din hija t-​triq; Tal-​ħajja din hi t-​triq.

    La taljenax; Qrib ibqaʼ tal-​Ħallieq!

    Jgħid leħen Alla: ‘Din hija t-​triq;

    Tħarisx warajk għax żgur din hija t-​triq.’