Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 23

Ġeħova jibda jsaltan

Ġeħova jibda jsaltan

(Rivelazzjoni 11:15)

  1. 1. Alla se jġib tant barkiet

    B’Saltnatu l’hi fis-​smewwiet.

    Ibnu l-​maħbub qed isaltan f’Sijon.

    Ngħollu il-​vuċi b’tifħir.

    Ngħannu lil Alla b’ferħ kbir.

    Kristu l-​Mulej, Feddej,

    ġie mqiegħed fuq it-​tron.

    (RITORNELL)

    X’se ġġib dalwaqt, Ġeħova, s-​Saltna?

    Rebħa tal-​ħaqq u l-​verità.

    X’iktar se ġġib, Ġeħova, s-​Saltna?

    Ħajja bla tmiem, feliċità.

    Faħħru lis-​Sovran Ġeħova

    Għall-​imħabba w fedeltà.

  2. 2. Kristu illum b’setgħa fl-​id,

    U Armageddon hi qrib.

    Tal-​għadu d-​dinja żgur waslet fit-​tmiem.

    Issa ż-​żmien biex nippritkaw.

    Għad hemm nies x’nikkuntattjaw.

    Biex l-​umli jieqaf

    sod maʼ Alla hu iż-​żmien.

    (RITORNELL)

    X’se ġġib dalwaqt, Ġeħova, s-​Saltna?

    Rebħa tal-​ħaqq u l-​verità.

    X’iktar se ġġib, Ġeħova, s-​Saltna?

    Ħajja bla tmiem, feliċità.

    Faħħru lis-​Sovran Ġeħova

    Għall-​imħabba w fedeltà.

  3. 3. T’Alla s-​Sultan hu prezzjuż.

    F’għajnejna huwa grandjuż.

    Ġej f’isem Alla; immilu lkoll lejh.

    Idħlu minn tat-​tempju l-​bieb!

    Siru wħud li m’Alla ħbieb.

    Daqt jisbaħ jum

    li fih din l-​art tkun taħt idejh.

    (RITORNELL)

    X’se ġġib dalwaqt, Ġeħova, s-​Saltna?

    Rebħa tal-​ħaqq u l-​verità.

    X’iktar se ġġib, Ġeħova, s-​Saltna?

    Ħajja bla tmiem, feliċità.

    Faħħru lis-​Sovran Ġeħova

    Għall-​imħabba w fedeltà.