Għanja 154
Aħna se nibqgħu nissaportu
Niżżel:
-
Kif tistaʼ żżomm sod
Matul il-provi fl-aħħar jiem?
Imita ’l Ġesù
Li issaporta bla waqfien.
Il-wegħdi taʼ Alla
Ġabulu ferħ u sliem.
(KOR)
Hemm bżonn li tissaporti
B’fiduċja f’dan iż-żmien.
Bi mħabbtu nibqgħu sodi,
B’hekk nibqgħu nissaportu lkoll sat-tmiem.
-
Gwaj, inkwiet, u wġigħ
Nistgħu inġarrbu tul is-snin.
Biss minkejja d-dmugħ
Niftakru x’ħajja hemm viċin.
Dit-tama tant soda
Iżżommna qawwijin.
(KOR)
Hemm bżonn li tissaporti
B’fiduċja f’dan iż-żmien.
Bi mħabbtu nibqgħu sodi,
B’hekk nibqgħu nissaportu lkoll sat-tmiem.
-
Qlubna ma naqtgħux
Minħabba d-dubji u l-beżgħat.
Naqdu b’lealtà
Għax jum Ġeħova mhux ġej tard.
It-tmiem hu fil-qrib ferm,
B’hekk żgur ma nċedu qatt.
(KOR)
Hemm bżonn li tissaporti
B’fiduċja f’dan iż-żmien.
Bi mħabbtu nibqgħu sodi,
B’hekk nibqgħu nissaportu lkoll sat-tmiem.
(Ara wkoll Atti 20:19, 20; Ġak. 1:12; 1 Pt. 4:12-14.)