Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 138

Ġeħova ismek hu

Ġeħova ismek hu

Niżżel:

(Salm 83:18)

  1. Int l-​Alla l-​veru l-​ħaj

    Li ħlaqt il-​ħolqien kollu.

    F’kull żmien u wkoll f’kull poplu—

    Ġeħova ismek hu.

    U poplu aħn’ għalik;

    Din għotja tant prezzjuża.

    F’did-​dinja tant ansjuża

    Lil ismek glorja ntuh.

    (KOR)

    Ġeħova, Ġeħova,

    M’hemmx Alla bħalek żgur

    Għax m’hemmx ieħor, la fis-​sema,

    ’Qas fl-​art, le m’hemm imkien.

    Inti biss li Tistaʼ Kollox;

    Ħa nxandru dan l-​għarfien.

    Ġeħova, Ġeħova,

    Fil-​fond taʼ qalbna int biss hemm.

  2. Iġġegħelna nsiru dak

    L’ hemm bżonn għar-​rieda tiegħek,

    Biex twettaq l-​iskop tiegħek—

    Ġeħova ismek hu.

    U aħna xhied’ għalik;

    Dan l-​isem int tagħtina;

    X’unur huwa għalina!

    Dan isem taʼ valur.

    (KOR)

    Ġeħova, Ġeħova,

    M’hemmx Alla bħalek żgur

    Għax m’hemmx ieħor, la fis-​sema,

    ’Qas fl-​art, le m’hemm imkien.

    Inti biss li Tistaʼ Kollox;

    Ħa nxandru dan l-​għarfien.

    Ġeħova, Ġeħova,

    Fil-​fond taʼ qalbna int biss hemm.