Għanja 100
Aħna l-Armata taʼ Ġeħova!
(Ġoel 2:7)
1. Aħna taʼ Jah l-armata
Mix-Xitan ħelsin,
T’Alla is-Saltna nxandru;
Minn Ġesù mmexxijin.
Nippersistu fedelment,
Żgur minn rajna lkoll,
Sodi aħna nibqgħu,
Qalbenin ukoll.
(KOR)
Aħna taʼ Jah l-armata;
M’Ibnu magħqudin.
Bdiet il-ħakma t’Alla,
“Nxandru ferħanin.”
2. Aħna l-qaddejja t’Alla,
Nfittxu n-nagħ’ġ qegħdin,
Dawk mitlufin, waħedhom,
Jibku w tant imnikktin.
Ikel bnin għal min jinstab
Nagħtu b’tant żjarat.
Nibqgħu nistidnuhom
Jiġu għal-laqgħat.
(Kor)
Aħna taʼ Jah l-armata;
M’Ibnu magħqudin.
Bdiet il-ħakma t’Alla,
“Nxandru ferħanin.”
3. Din hi l-armata t’Alla
B’Kristu il-Mexxej,
Għall-“gwerra” sew armati,
Sodi lkoll mal-Mulej.
U b’għajnejna miftuħin
Nuru lealtà.
Meta niffaċċjaw l-għawġ,
Ngħożżu l-verità.
(KOR)
Aħna taʼ Jah l-armata;
M’Ibnu magħqudin.
Bdiet il-ħakma t’Alla,
“Nxandru ferħanin.”
(Ara wkoll Efes. 6:11, 14; Flp. 1:7; Flm. 2.)