STUDJU 6
Spjega ċar għala qed tuża skrittura
Atti 17:2, 3
X’GĦANDEK TAGĦMEL: Taqrax skrittura u mbagħad tmur għall-punt li jmiss. Kun ċert li s-semmiegħa tiegħek jaraw ċar kif l-iskrittura li qrajt għandha x’taqsam mal-punt li qed tagħmel.
KIF TAGĦMEL DAN:
-
Enfasizza kliem prinċipali. Wara li taqra skrittura, enfasizza l-kliem li għandu x’jaqsam direttament mal- punt prinċipali tiegħek. Tistaʼ tagħmel dan billi tirrepeti dan il-kliem jew billi tistaqsi mistoqsija li tistieden lis- semmiegħa tiegħek jidentifikaw il-kliem prinċipali.
-
Enfasizza l-punt. Jekk introduċejt l-iskrittura b’raġuni ċara biex taqraha, spjega kif il-kliem prinċipali tal-iskrittura jappoġġja din ir-raġuni.
-
Agħti spjegazzjoni ċara. Evita li ssemmi dettalji li ma jappoġġjawx il-punt prinċipali. Iddeċiedi kemm għandek bżonn fatti biex toħroġ il-punt ċar u li jinftiehem, skont kemm is-semmiegħa diġà jafu dwar is-suġġett.