KOMPLI IBNI L-INTERESS
LEZZJONI 8
Kun Paċenzjuż
Prinċipju: “L-imħabba hi paċenzjuża.”—1 Kor. 13:4.
Dak li Għamel Ġesù
1. Ara l-VIDJOW jew aqra Ġwanni 7:3-5 u l-1 Korintin 15:3, 4, 7. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
X’Nitgħallmu minn Ġesù?
2. Irridu nkunu paċenzjużi għax xi nies idumu iktar minn oħrajn biex jaċċettaw l-aħbar tajba.
Imita lil Ġesù
3. Ipprova xi ħaġa differenti. Jekk il-persuna għall-ewwel ma taċċettax studju tal-Bibbja, tipprovax tisforzaha. Meta jkun il-waqt, uża l-vidjows jew xi artikli biex tgħinha tifhem x’jiġri waqt studju tal-Bibbja u kif dan jistaʼ jgħinha.
4. Tqabbilx lin-nies. Kulħadd hu differenti. Jekk xi ħadd minn tal-familja jew li qed tagħmillu żjara lura ma jkunx irid jibda studju tal-Bibbja jew ma jaċċettax xi tagħlim, aħseb x’tistaʼ tkun ir-raġuni. Hemm xi ħaġa fir-reliġjon tiegħu li jemmen ħafna fiha? Qed ikollu l-pressjoni minn tal-familja jew nies oħrajn? Agħtih ċans jaħseb dwar dak li għedtlu u biex japprezza l-veritajiet tal-Bibbja.
5. Itlob għall-persuna li tkun interessata. Itlob lil Ġeħova biex jgħinek tibqaʼ pożittiv u oqgħod attent kif taġixxi u titkellem mal-persuna. Itlob ukoll biex tkun taf meta għandek tieqaf iżżur lil xi ħadd li ma jkunx interessat.—1 Kor. 9:26.