Lest Jien?
Lest Jien Biex Nipprietka mal-Aħwa tal-Kongregazzjoni?
Tistaʼ tkun lest biex issir pubblikatur mhux mgħammed jekk . . .
B’mod regolari tistudja l-Bibbja, titlob u tmur il-laqgħat.
Tħobb u temmen dak li qed titgħallem, u tixtieq tgħid lil oħrajn dwaru.
Tħobb lil Ġeħova u tagħżel ħbieb li jħobbuh ukoll.
M’għadekx parti minn grupp politiku jew reliġjon falza.
Tgħix skont dak li jgħid Ġeħova u trid tkun wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova.
Jekk taħseb li int lest biex tipprietka mal-aħwa tal-kongregazzjoni, maʼ min qed tistudja l-Bibbja jistaʼ jirranġa biex tiltaqaʼ mal-anzjani ħalli jiddiskutu miegħek kif tistaʼ tikkwalifika.
Lest Jien Biex Nitgħammed?
Tistaʼ tkun lest biex titgħammed jekk . . .
Int pubblikatur mhux mgħammed.
Tipprietka kemm tistaʼ b’mod regolari.
Tgħin “l-ilsir leali u għaqli” u tobdi l-istruzzjonijiet tagħhom.—Mattew 24:45-47.
F’talba ddedikajt lilek innifsek lil Ġeħova u trid taqdih għal dejjem.
Jekk taħseb li int lest biex titgħammed, maʼ min qed tistudja l-Bibbja jistaʼ jirranġa biex tiltaqaʼ mal-anzjani ħalli jiddiskutu miegħek kif tistaʼ tikkwalifika.