LEZZJONI 44
Alla Jieħu Pjaċir biċ-Ċelebrazzjonijiet u l-Festi Kollha?
Ġeħova jridna nieħdu pjaċir bil-ħajja u kultant anki li niċċelebraw. Imma jieħu pjaċir biċ-ċelebrazzjonijiet u l-festi kollha? Kif nistgħu nuru li nħobbu lil Ġeħova f’dawn l-affarijiet?
1. Ħafna festi għala ma jogħġbux lil Ġeħova?
Forsi ma kontx taf li ħafna festi ma jaqblux maʼ dak li tgħallem il-Bibbja jew ġejjin minn reliġjonijiet foloz. Jistaʼ jkun li għandhom x’jaqsmu mal-ispiritiżmu jew ġejjin mill-idea li r-ruħ ma tmutx. Xi festi għandhom x’jaqsmu mas-superstizzjonijiet jew ix-xorti. (Isaija 65:11) Ġeħova javża l-qaddejja tiegħu: ‘Infirdu minn magħhom u tibqgħux tmissu dak li mhux nadif.’—2 Korintin 6:17. a
2. Kif iħossu Ġeħova dwar festi li jagħtu importanza żejda lil xi nies?
Ġeħova jgħidilna biex noqogħdu attenti ‘li ma nafdawx fil-bniedem.’ (Aqra Ġeremija 17:5.) Xi festi jagħtu importanza żejda lill-mexxejja tal-pajjiż jew suldati. Festi oħrajn jiċċelebraw l-indipendenza jew affarijiet tal-pajjiż bħall-bandiera. (1 Ġwanni 5:21) Oħrajn jiċċelebraw gruppi politiċi jew organizzazzjonijiet oħra. Ġeħova kif iħossu jekk nagħtu importanza żejda lil persuna jew organizzazzjoni, speċjalment jekk ma jagħmlux dak li jrid Hu?
3. In-nies x’jagħmlu li ma jogħġobx lil Ġeħova fiċ-ċelebrazzjonijiet?
Il-Bibbja tgħid li ‘xorb żejjed, xalar, u mħatri min jixrob l-iktar’ huma ħżiena. (1 Pietru 4:3) F’xi ċelebrazzjonijiet, in-nies ma jagħtux kas kif iġibu ruħhom u jagħmlu affarijiet ħżiena. Biex nibqgħu ħbieb taʼ Ġeħova, irridu nibqgħu nodfa billi ma nagħmlux dawn l-affarijiet.
TGĦALLEM IŻJED
Ara kif tistaʼ togħġob lil Ġeħova billi tieħu deċiżjonijiet tajbin dwar il-festi u ċ-ċelebrazzjonijiet.
4. Tiċċelebrax festi li ma jogħġbux lil Ġeħova
Aqra Efesin 5:10, u mbagħad iddiskuti:
-
Qabel niddeċiedu jekk hux se niċċelebraw festa, minn xiex irridu nkunu ċerti?
-
Fejn toqgħod int, in-nies liema festi jiċċelebraw?
-
Taħseb li dawn il-festi jogħġbu lil Ġeħova?
Ġieli ħsibt x’jaħseb Alla dwar il-birthdays? Il-Bibbja ma tgħidx li xi ħadd li kien jaqdi lil Ġeħova ċċelebra l-birthday. Imma ssemmi żewġ birthdays taʼ nies li ma kinux jaqdu lil Ġeħova. Aqra Ġenesi 40:20-22 u Mattew 14:6-10. Imbagħad iddiskuti:
-
Dawn iż-żewġ birthdays x’kellhom l-istess?
-
Minn dawn il-versi, kif taħseb li jħossu Ġeħova dwar il-birthdays?
Forsi taħseb, ‘Ġeħova jagħti kas jekk niċċelebrax il-birthday jew xi festa oħra?’ Aqra Eżodu 32:1-8. Imbagħad, ara l-VIDJOW u ddiskuti:
-
Għala rridu nkunu ċerti x’jogħġob lil Ġeħova?
-
Kif se nkunu ċerti?
Kif nistgħu nkunu nafu jekk festa jew ċelebrazzjoni ma togħġobx lil Alla?
-
Taqbel ma’ dak li tgħid il-Bibbja? Ara kif bdiet jew minn fejn ġejja.
-
Tagħti importanza żejda lil nies, organizzazzjonijiet, jew affarijiet tal-pajjiż? Aħna nfaħħru lil Ġeħova u ċerti li hu biss se jsolvi l-problemi tad-dinja.
-
Dak li jiġri fiha, jaqbel maʼ dak li tgħid il-Bibbja? Aħna rridu nibqgħu nodfa moralment, jiġifieri b’dak li nagħmlu nibqgħu nodfa quddiem Alla.
5. Għin lil oħrajn jirrispettaw dak li temmen
Jistaʼ jkun diffiċli biex tgħid le meta oħrajn iġegħluk tieħu sehem f’xi ċelebrazzjoni li ma togħġobx lil Ġeħova. B’paċenzja spjega d-deċiżjoni tiegħek b’rispett. Biex tara kif tistaʼ tagħmel hekk, ara l-VIDJOW.
Aqra Mattew 7:12, u mbagħad iddiskuti:
-
Jekk xi ħadd minn tal-familja tiegħek ma jemminx f’Ġeħova, għandek tgħidlu li m’għandux jiċċelebra festa?
-
Kif tistaʼ turihom li avolja mhux se tiċċelebra l-festa magħhom xorta tħobbhom?
6. Ġeħova jridna nkunu ferħanin
Ġeħova jridna nieħdu pjaċir mal-ħbieb u l-familja tagħna. Aqra Ekkleżjasti 3:12, 13, u mbagħad iddiskuti:
-
Dan il-vers kif jurina li Ġeħova jridna nkunu ferħanin?
Ġeħova jrid li n-nies tiegħu jieħdu pjaċir flimkien. Ara l-VIDJOW biex tara b’mod ċar kif dan jidher fil-konvenzjonijiet internazzjonali.
Aqra Galatin 6:10, u mbagħad iddiskuti:
-
Hemm għalfejn niċċelebraw il-festi biex “nagħmlu t-tajjeb ma’ kulħadd”?
-
X’se jagħmlek l-iżjed ferħan, li tagħti rigal taʼ bilfors f’xi festa jew tagħti għax tixtieq int?
-
Ħafna aħwa kultant jorganizzaw xi ħaġa speċjali għat-tfal tagħhom u jixtrulhom xi rigal. Jekk għandek it-tfal, x’affarijiet sbieħ tistaʼ tagħmel għalihom?
ĦAFNA JGĦIDU: “Mhux importanti minn fejn bdiet festa. L-aqwa li tieħu pjaċir mal-familja u l-ħbieb.”
-
Kif tistaʼ twieġeb?
XI DDISKUTEJNA?
Ġeħova jridna nieħdu pjaċir mal-ħbieb u l-familja tagħna. Imma ma jridniex niċċelebraw festi li ma jogħġbuhx.
X’Tgħallimt
-
X’għandna nsaqsu biex naraw jekk festa togħġobx lil Ġeħova?
-
Kif nistgħu ngħinu lil tal-familja u l-ħbieb jifhmu għala ma niċċelebrawx xi festa?
-
Kif taf li Ġeħova jridna nkunu ferħanin u nieħdu pjaċir?
ARA IŻJED
Ara xi festi li ma jiċċelebrawx il-Kristjani.
“Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx Xi Festi?” (Artiklu fuq jw.org)
Ara erbaʼ raġunijiet għala nemmnu li Alla ma jiħux pjaċir bil-birthdays.
“Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala ma jiċċelebrawx għeluq is-snin?” (Artiklu fuq jw.org)
Ara kif tfal li jħobbu lil Ġeħova jistgħu jagħmluh ferħan fi żmien il-Milied.
Miljuni taʼ Kristjani ddeċidew li ma jiċċelebrawx il-Milied. Kif iħossuhom dwar dan?
a Ara n-Nota fl-Aħħar 5 biex titgħallem x’tistaʼ tagħmel meta oħrajn jiċċelebraw xi festi.