LEZZJONI 03
Ta’ Min Joqgħod Fuqha l-Bibbja?
Il-Bibbja fiha ħafna wegħdi u tagħti ħafna pariri. Forsi għandek kurżità dwar dak li tgħallem, imma fl-istess ħin iżżomm lura. Ħa tafda f’wegħdi u pariri minn ktieb antik? Jgħinna dak li tgħid il-Bibbja? U nistgħu nemmnu dak li tgħid dwar il-futur? Miljuni ta’ nies hekk jaħsbu. Ninkuraġġuk biex tara għalik innifsek.
1. Veru ġraw l-istejjer li nsibu fil-Bibbja?
Il-Bibbja tgħid li fiha “kliem korrett u veru.” (Ekkleżjasti 12:10) Fiha naqraw dwar nies li kienu jgħixu fil-passat. (Aqra Luqa 1:3; 3:1, 2.) Ħafna studjużi jikkonfermaw li xi dati, nies, postijiet, u ġrajjiet importanti jaqblu b’mod eżatt mal-Bibbja.
2. Il-Bibbja hi ta’ min joqgħod fuqha għalkemm antika?
Il-Bibbja spiss semmiet affarijiet li ma kinux jafu bihom dak iż-żmien. Pereżempju ssemmi affarijiet dwar ix-xjenza. Ħafna min-nies f’dak iż-żmien m’emmnux b’dak li qalet fuq dawn is-suġġetti. Imma x-xjenza tal-lum il-ġurnata taqbel ma’ dak li tgħid il-Bibbja. Dak kollu li tgħid hu ‘ta’ min jafdah għal dejjem.’—Salm 111:7, 8.
3. Għala nistgħu nafdaw x’tgħid il-Bibbja dwar il-futur?
Il-Bibbja fiha profeziji a dwar “l-affarijiet li ma sarux.” (Isaija 46:10) Il-Bibbja kienet ilha li qalet b’mod eżatt kif kellhom jiġru ħafna affarijiet. Iddeskriviet ukoll dak li qed naraw fid-dinja b’ħafna dettalji. F’din il-lezzjoni, se naraw xi ftit mill-profeziji tal-Bibbja. Huwa tal-għaġeb kemm id-dettalji huma eżatt!
TGĦALLEM IŻJED
Ara kif illum ix-xjenza taqbel mal-Bibbja, u sir af xi profeziji impressjonanti tal-Bibbja.
4. Ix-xjenza taqbel mal-Bibbja
Fl-antik, il-maġġoranza tan-nies kienu jemmnu li l-art kienet qiegħda fuq xi ħaġa. Ara l-VIDJOW.
Ara xi nkiteb fil-ktieb ta’ Ġob madwar 3,500 sena ilu. Aqra Ġob 26:7, u mbagħad iddiskuti:
-
Il-fatt li l-Bibbja tgħid li l-art hi ‘mdendla fuq ix-xejn,’ għala huwa tal-għaġeb?
Kien biss madwar 200 sena ilu li rnexxielhom jifhmu sew iċ-ċiklu tal-ilma (water cycle). Imma ara x’qalet il-Bibbja eluf ta’ snin ilu. Aqra Ġob 36:27, 28, u mbagħad iddiskuti:
-
X’taħseb dwar kif il-Bibbja tispjega ċ-ċiklu tal-ilma?
-
L-iskritturi li għadek kif qrajt, kif jgħinuk tafda iżjed il-Bibbja?
5. Il-Bibbja qalet minn qabel affarijiet importanti
Aqra Isaija 44:27, 28; 45:1, 2, u mbagħad iddiskuti:
-
Il-Bibbja x’dettalji qalet 200 sena qabel ma Ċiru rebaħ il-belt ta’ Babilonja?
b Dawn waqqfu l-ilma tax-xmara li kien jipproteġi l-belt. Huma rebħuha mingħajr ma kellhom jiġġieldu għax daħlu fil-belt mill-bibien li tħallew miftuħin. Illum, iktar minn 2,500 sena wara, Babilonja qatt ma reġgħet ġiet mibnija. Ejja naraw x’qalet il-Bibbja.
L-istorja turi li s-Sultan Ċiru tal-Persja u l-armata tiegħu rebħu l-belt ta’ Babilonja fil-539 QK.Aqra Isaija 13:19, 20, u mbagħad iddiskuti:
-
Din il-profezija kif saret vera?
6. Il-Bibbja tkellmet dwar l-affarijiet li naraw illum
Il-Bibbja tgħid li qegħdin ngħixu “fl-aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1) Innota x’qalet il-Bibbja dwar dan iż-żmien.
Aqra Mattew 24:6, 7, u mbagħad iddiskuti:
-
Il-Bibbja kif iddeskriviet l-aħħar jiem?
Aqra t-2 Timotju 3:1-5, u mbagħad iddiskuti:
-
Il-Bibbja kif iddeskriviet l-attitudni tan-nies fl-aħħar jiem?
-
Liema attitudni minn dawn qed tara?
ĦAFNA JGĦIDU: “Il-Bibbja hi ktieb antik li ma jgħoddx għalina.”
-
X’jikkonvinċik li nistgħu nafdaw il-Bibbja?
XI DDISKUTEJNA?
L-istorja tal-bniedem, ix-xjenza, u l-profeziji kollha juru li inti tista’ tafda l-Bibbja.
X’Tgħallimt
-
Il-Bibbja titkellem dwar fatti jew ħrejjef?
-
X’inhuma xi affarijiet fejn ix-xjenza taqbel mal-Bibbja?
-
Taħseb li l-Bibbja tgħid x’se jiġri fil-futur? Għala taħseb hekk?
ARA IŻJED
Huma eżatti l-affarijiet li l-Bibbja tgħid fuq ix-xjenza?
X’nafu dwar “l-aħħar jiem”?
“6 Profeziji tal-Bibbja li Qed Tarahom Jitwettqu” (It-Torri tal-Għassa, 1 taʼ Lulju 2011)
Tgħallem kif ġraw il-profeziji tal-Bibbja dwar l-Imperu Grieg.
Ara kif raġel bidel il-ħarsa tiegħu lejn il-Bibbja permezz tal-profeziji.
“Għalija, Alla ma kienx jeżisti” (It-Torri tal-Għassa, Nru. 5 2017)