Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 10

Ġesù Dejjem Obda

Ġesù Dejjem Obda

Dejjem faċli tobdi lill-ġenituri tiegħek?— Kultant ikun diffiċli. Kont taf li Ġesù obda kemm lil Ġeħova kif ukoll lill-ġenituri tiegħu?— L-eżempju tiegħu jistaʼ jgħinek tobdi lill-ġenituri tiegħek anki meta ma jkunx faċli. Ejja nsiru nafu iktar dwar dan.

Qabel ma Ġesù ġie fid-dinja, kien maʼ Missieru, Ġeħova, fis-sema. Imma Ġesù anki hawnhekk fid-dinja kellu ġenituri. Kien jisimhom Ġużeppi u Marija. Taf kif saru l-ġenituri tiegħu?—

Ġeħova ħa l-ħajja taʼ Ġesù fis-sema u poġġieha f’Marija biex Ġesù jkun jistaʼ jitwieled u jgħix fid-dinja. Dan kien miraklu! Ġesù kiber f’Marija bħalma trabi oħrajn jikbru fil-mamà tagħhom. Xi disaʼ xhur wara twieled Ġesù. B’dan il-mod, Marija u r-raġel tagħha Ġużeppi saru l-ġenituri taʼ Ġesù hawnhekk fid-dinja.

Meta Ġesù kellu biss 12-il sena, għamel xi ħaġa li biha wera kemm kien iħobb lil Missieru, Ġeħova. Dan ġara meta Ġesù u l-familja tiegħu għamlu vjaġġ twil lejn Ġerusalemm għal laqgħa speċjali li kienet tissejjaħ il-festa tal-Qbiż. Huma u sejrin lura d-dar, Ġużeppi u Marija mkien ma setgħu jsibuh lil Ġesù. Taf fejn kien?—

Ġesù għala kien fit-tempju?

Ġużeppi u Marija marru jiġru lura Ġerusalemm u fittxew lil Ġesù kullimkien. Kienu inkwetati ħafna għax ma setgħux isibuh. Imma wara tlett ijiem, sabuh fit-tempju! Taf għala Ġesù kien fit-tempju?— Għax hemmhekk setaʼ jitgħallem dwar Missieru, Ġeħova. Hu kien iħobb lil Ġeħova u ried isir jaf kif jistaʼ jogħġbu. Anki meta kiber u sar raġel, Ġesù dejjem obda lil Ġeħova. Meta l-ubbidjenza kienet diffiċli għal Ġesù u minħabba fiha kien se jbati, hu xorta obda. Obda Ġesù lil Ġużeppi u Marija wkoll?— Iva, il-Bibbja tgħidilna li obdiehom.

X’tistaʼ titgħallem mill-eżempju taʼ Ġesù?— Għandek tobdi lill-ġenituri tiegħek, anki meta jkun diffiċli. Inti se tagħmel hekk?—

AQRA MILL-BIBBJA TIEGĦEK