Imita l-fidi tagħhom
Kif nistgħu nibbenefikaw issa billi nitgħallmu dwar irġiel u nisa taʼ fidi li jissemmew fil-Bibbja?
Linja Kronoloġika
Il-linja kronoloġika u l-mapep se jgħinuk timmaġina meta u fejn għexu dawn il-karattri Bibliċi li kellhom il-fidi.
Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna
Il-Ġemgħa li Tiggverna minn qalbha tistieden lil kulħadd biex jibbenefika milli jaqra u jistudja dan il-ktieb personalment u bħala familja.
Introduzzjoni
Il-paġni tal-Bibbja huma mimlijin bi stejjer reali taʼ nisa u rġiel li wrew il-fidi. Kif nistgħu nibbenefikaw mill-eżempji tagħhom?
ABEL
“Għalkemm Miet, Għadu Jitkellem”
X’nistgħu nitgħallmu dwar Abel u l-fidi tiegħu meta vera ftit titkellem dwaru l-Bibbja?
NOÈ
“Mexa ma’ l-Alla l-Veru”
Noè u martu liema sfidi ffaċċjaw huma u jrabbu lil uliedhom? Kif urew fidi billi bnew l-arka?
ABRAHAM
“Il-Missier ta’ Dawk Kollha li Jkollhom il-Fidi”
Abraham kif wera l-fidi? B’liema modi tixtieq timita l-fidi t’Abraham?
RUT
“Fejn Tmur Int, Immur Jien”
Rut għala kienet lesta li titlaq lill-familja tagħha u art twelidha? Xi kwalitajiet uriet li għamluha apprezzata minn Ġeħova?
RUT
“Mara mill-Aħjar”
Għala kien importanti ż-żwieġ taʼ Rut u Bogħaż? Dwar familja x’nistgħu nitgħallmu minn Rut u Nagħomi?
ĦANNA
Fetħet Qalbha m’Alla bit-Talb
Il-fidi ta’ Ħanna f’Ġeħova għenitha tkampa ma’ dak li kien jidher sitwazzjoni impossibbli.
SAMWEL
Hu “Kompla Jikber Quddiem Ġeħova”
X’kien hemm mhux tas-soltu dwar it-tfulija ta’ Samwel? X’għen lil fidi tiegħu tikber meta kien fit-tabernaklu?
SAMWEL
Hu Ssaporta Minkejja d-Diżappunti
Kulħadd jiffaċċja diffikultajiet u diżappunti li jgħaddu minn prova l-fidi tagħna. X’jgħallimna l-fatt li Samwel issaporta?
ELIJA
Iddefenda l-Qima Pura
Kif nistgħu nimitaw lil Elija meta nitkellmu ma’ dawk li ma jaqblux ma’ dak li tgħallem il-Bibbja?
ELIJA
Baqa’ Jgħasses u Jistenna
Il-profeta Elija kif baqa’ jitlob bla heda waqt li stenna biex titwettaq bis-sħiħ il-wegħda ta’ Ġeħova?
ELIJA
Kiseb il-Faraġ Mingħand Alla Tiegħu
Xi ġrajjiet wasslu lil Elija biex ikollu ħafna dwejjaq, tant li talab biex imut?
ĠONA
Tgħallem mill-Iżbalji Tiegħu
Qatt bżajt bħal Ġona minħabba li beża’ jaċċetta inkarigu? L-istorja tiegħu tgħallimna lezzjonijiet ta’ valur dwar il-paċenzja u l-ħniena ta’ Ġeħova.
ĠONA
Tgħallem Lezzjoni Dwar il-Ħniena
Ir-rakkont ta’ Ġona kif jgħinna neżaminaw lilna nfusna bl-onestà kollha?
ESTER
Iddefendiet lill-Poplu t’Alla
Teħtieġ il-fidi u l-kuraġġ biex turi mħabba li tqanqlek tagħmel sagrifiċċji bħal ta’ Ester.
ESTER
Aġixxiet b’Għaqal, b’Kuraġġ, u bla Egoiżmu
Ester kif aġixxiet bla egoiżmu għal Ġeħova u għall-poplu tiegħu?
MARIJA
“Ara! L-Ilsira ta’ Ġeħova!”
It-tweġiba ta’ Marija lill-anġlu Gabrijel x’turi dwar il-fidi tagħha? Liema kwalitajiet oħra ta’ valur uriet?
MARIJA
Waslet “Għal Konklużjonijiet f’Qalbha”
L-esperjenzi ta’ Marija f’Bethlehem saħħew il-fidi tagħha fil-wegħdi ta’ Ġeħova.
ĠUŻEPPI
Ipproteġa, Ipprovda, u Ppersevera
Ġużeppi b’liema modi pproteġa lil familtu? Għala ħa lil Marija u Ġesù l-Eġittu?
PIETRU
Issielet Kontra l-Biża’ u d-Dubji
Id-dubju jista’ jkun forza qawwija u distruttiva. Imma Pietru għeleb il-biża’ u d-dubji tiegħu dwar li jsegwi lil Ġesù.
PIETRU
Kien Leali Minkejja l-Provi
Il-fidi u l-lealtà ta’ Pietru kif għenuh jaċċetta korrezzjoni mingħand Ġesù?
PIETRU
Hu Tgħallem mis-Sid X’Inhi l-Maħfra
Ġesù x’għallem lil Pietru dwar il-maħfra? Ġesù kif ta prova li hu ħafer lil Pietru?
Konklużjoni
Kif tistaʼ ssaħħaħ il-fidi tiegħek u żżomm it-tama ċara f’moħħok?
Tistaʼ Tara Wkoll
FIDI F’ALLA
Imita l-Fidi Tagħhom
Imita l-eżempji taʼ rġiel u nisa leali msemmijin fil-Bibbja, u saħħaħ ir-relazzjoni tiegħek m’Alla.
VIDJOWS
Imita l-Fidi Tagħhom—Vidjows
F’din is-serje taʼ vidjows, tgħallem mill-eżempji taʼ rġiel u nisa leali mill-Bibbja.