LEZZJONI 02
Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
Ħafna nies għandhom problemi li jagħmluhom imdejqin, anzjużi, u anki jġibulhom uġigħ. Inti qatt għaddejt minn xi ħaġa li ġegħlitek tħossok hekk? Forsi qed tbati minn xi marda jew tlift lil xi ħadd li tħobb. Forsi taħseb, ‘Il-ħajja qatt se ssir aħjar?’ Il-Bibbja tagħtina tweġiba inkuraġġanti.
1. Il-Bibbja x’tama ttina għall-futur?
Il-Bibbja tispjega għala hawn ħafna problemi. Imma tgħidilna wkoll li Alla dalwaqt se jneħħi dawn il-problemi kollha. Il-wegħdi li nsibu fil-Bibbja ‘jagħtuna futur u tama.’ (Aqra Ġeremija 29:11, 12.) Dawn il-wegħdi jgħinuna nkampaw mal-problemi tagħna u nkunu ferħanin anki issa. Iwegħduna wkoll li se nkunu ferħanin għal dejjem.
2. Il-Bibbja kif twiegħed li se jkun il-futur?
Il-Bibbja tgħid li fil-futur mhux se jkun hemm “iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.” (Aqra Rivelazzjoni 21:4.) Il-problemi li jġibu ħafna tbatija fil-ħajja tan-nies mhux se jeżistu iżjed. Dawn jinkludu l-faqar, l-inġustizzja, il-mard, u l-mewt. Il-Bibbja twiegħed li n-nies se jgawdu ħajja għal dejjem f’ġenna fuq l-art.
3. Kif tista’ tkun ċert li se jiġru l-wegħdi tal-Bibbja?
Ħafna nies jittamaw li se jiġru affarijiet tajbin. Imma huma qatt ma jistgħu jkunu ċerti li dak li jittamaw għalih se jsir. Dak li twiegħed il-Bibbja hu differenti għax żgur se jiġri. Aħna nistgħu nafdaw f’dak li twiegħed billi ‘neżaminaw bir-reqqa l-Iskrittura.’ (Atti 17:11) Meta inti tistudja l-Bibbja, se tkun tista’ tiddeċiedi għalik innifsek jekk temminx dak li tgħid għall-futur.
TGĦALLEM IŻJED
Ikkunsidra xi affarijiet li l-Bibbja twiegħed għall-futur. Ara kif it-tama li tagħti l-Bibbja qed tgħin lin-nies.
4. Il-Bibbja twegħedna li nistgħu ngħixu għal dejjem mingħajr problemi
Ara l-lista li ġejja ta’ wegħdi li nsibu fil-Bibbja. Liema wegħda togħġbok l-iżjed? Għala hija importanti għalik?
Aqra l-iskritturi li huma mniżżlin fejn kull wegħda, u mbagħad iddiskuti dawn il-mistoqsijiet:
-
Taħseb li dawn l-iskritturi jistgħu jgħinuk? U taħseb li jistgħu jgħinu lill-familja u l-ħbieb tiegħek?
Immaġinak tgħix f’dinja fejn:
ĦADD MHU SE . . . |
KULĦADD SE . . . |
---|---|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5. Il-wegħdi tal-Bibbja jistgħu jeffettwawk
Ħafna nies huma skuraġġiti jew anki rrabjati minħabba l-problemi li jaraw. Ħafna jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jirranġaw l-affarijiet għall-aħjar. Ara kif in-nies qed isibu għajnuna mill-wegħdi tal-Bibbja li l-affarijiet se jsiru aħjar. Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsijiet li ġejjin.
-
Fil-vidjow, x’inġustizzja kellha tiffaċċja Rafika?
-
Il-Bibbja kif għenitha għalkemm l-inġustizzja ma waqfitx?
It-tama li tagħtina l-Bibbja għall-futur tgħinna nibqgħu pożittivi u nkunu ferħanin minkejja l-problemi. Aqra Proverbji 17:22 u Rumani 12:12, u mbagħad iddiskuti:
-
Taħseb li t-tama li nsibu fil-Bibbja tista’ teffettwalek ħajtek? Għala taħseb hekk?
ĦAFNA JGĦIDU: “Dak li tgħid il-Bibbja dwar il-futur huwa impossibbli biex isir.”
-
Għala hu importanti li tfittex għalik innifsek?
XI DDISKUTEJNA?
Il-Bibbja fiha ħafna wegħdi dwar futur sabiħ u li jġib ferħ. Dan itina tama u jagħtina ħajja aħjar anki issa.
X’Tgħallimt
-
Għala għandna bżonn tama?
-
Il-Bibbja x’tgħid dwar il-futur?
-
Li jkollna tama għall-futur, kif jista’ jgħinek bħalissa?
ARA IŻJED
Tgħallem iżjed dwar kif it-tama tista’ tgħinek meta jkollok il-problemi.
“It-Tama—Verament Teffettwalna Ħajjitna?” (Stenbaħ!, 8 taʼ Mejju 2004)
Ara kif it-tama għall-futur tista’ tgħin lil dawk li qed jgħixu b’xi marda.
“Mard Kroniku—Tista’ Tgħin il-Bibbja?” (Artiklu fuq jw.org)
Meta tara l-vidjow ta’ din il-kanzunetta oriġinali, immaġina lilek u l-familja tiegħek tgawdu l-ħajja fil-ġenna tal-art li l-Bibbja twiegħed għall-futur.
Ara kif it-tama tal-Bibbja għall-futur bidlet il-ħajja ta’ xi ħadd li kien jiġġieled għad-drittijiet tan-nies u l-annimali.
“M’Għadnix Inħoss li Rrid Nirranġa l-Problemi tad-Dinja” (Artiklu minn Torri tal-Għassa)