Salm 6:1-10

  • Jitlob biex jintwera ħniena

    • Il-mejtin ma jfaħħrux lil Alla (5)

    • Alla jismaʼ t-talb bil-ħniena (9)

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda fuq noti baxxi.* Għanja taʼ David. 6  Ġeħova, twiddibnix meta tkun irrabjat,U tikkoreġinix fir-rabja tiegħek.   Ġeħova, ħenn għalija għax qed niddgħajjef. Ġeħova, saħħaħni għax għadmi qed jitriegħed bil-biżaʼ.   Jien inħossni* veru mifxul;Kemm se ddum, Ġeħova?   Ejja u eħlisni,* Ġeħova;Salvani għax int tħobbni.*   Għax il-mejtin ma jsemmukx;*Min jistaʼ jfaħħrek fil-Qabar?*   Għejejt tant kemm qed nibki;Is-sodda tiġi għasra bil-biki li nibki l-lejl kollu;Is-saqqu mlejtu bid-dmugħ.   Jien għandi stress kbir minħabba t-tbatija li għaddej minnha,Il-vista tiegħi marret lura* minħabba dawk li jittrattawni ħażin.   Itilqu ’l hemm, intom li tagħmlu l-ħażen,Għax Ġeħova se jismagħni nibki.   Ġeħova se jismagħni meta nitolbu bil-ħniena;Ġeħova se jaċċetta t-talba tiegħi. 10  L-għedewwa kollha tiegħi se jkollhom jistħu u jaqtgħu qalbhom;F’daqqa waħda se jaħarbu umiljati.

Noti taʼ taħt

Letteralment “fuq Seminit.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Ruħi hi.”
Jew “eħlisli ruħi.”
Jew “int turi mħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “ma jiftakrukx.”
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “xjaħet.”