Salm 146:1-10
146 Faħħru lil Jah!*
Jien* se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha.
2 Jien se nfaħħar lil Ġeħova tul ħajti kollha.
Se nfaħħar bil-kant lil* Alla kemm indum ħaj.
3 Tafdawx lill-mexxejja* u lanqas nies oħrajn,Għax ma jistgħux isalvawkom.
4 Meta ma jibqgħux jieħdu n-nifs,* dawn jerġgħu jsiru trab;Dakinhar stess il-ħsibijiet tagħhom jisparixxu.
5 Ferħan hu dak li jitlob lill-Alla taʼ Ġakobb għall-għajnuna,Li jittama f’Ġeħova l-Alla tiegħu.
6 Alla hu Dak li Għamel is-sema, l-art,Il-baħar, u kulma fihom,U Hu dejjem leali.
7 Alla hu Dak li jagħmel ġustizzja maʼ min ġie mqarraqU Dak li jagħti l-ħobż lil min hu bil-ġuħ.
Ġeħova qed jeħles lill-priġunieri.*
8 Ġeħova qed jiftaħ għajnejn dawk li ma jarawx;Ġeħova qed isaħħaħ lil dawk imtaqqlin bl-inkwiet;Ġeħova jħobb lil min hu ġust.
9 Ġeħova jipproteġi lir-residenti barranin;Hu jappoġġa lill-orfni* u lill-armla,Imma jħarbat il-pjanijiet* tal-ħżiena.
10 Ġeħova se jkun Re għal dejjem,L-Alla taʼ Sijon se jibqaʼ minn ġenerazzjoni għal oħra.
Faħħru lil Jah!*
Noti taʼ taħt
^ Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
^ Jew “Ruħi.”
^ Jew “Se ndoqq il-mużika għal.”
^ Jew “lin-nobbli.”
^ Jew “l-ispirtu tagħhom joħroġ.”
^ Letteralment “lill-marbutin.”
^ Letteralment “lit-tifel bla missier.”
^ Jew “jgħawweġ it-triq.”
^ Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.