Salm 141:1-10

  • Talba għall-protezzjoni

    • ‘Jalla t-talba tiegħi tkun bħall-inċens’ (2)

    • It-twiddib tal-ġust hu bħaż-żejt (5)

    • Il-ħżiena jaqgħu fix-xbieki tagħhom stess (10)

Għanja taʼ David. 141  Ġeħova, jien ngħajjatlek għall-għajnuna. Ejja għinni malajr. Agħti kasi meta ngħajjatlek għall-għajnuna.   Jalla t-talba tiegħi tiġi ppreżentata quddiemek bħall-inċens;Jalla t-talb mill-qalb tiegħi jkun bħall-offerta taċ-ċereali* taʼ filgħaxija.   Ġeħova, għinni nikkontrolla kliemi;Għinni noqgħod attent għal dak li ngħid.   Tħallinix inkun nixtieq nagħmel dak li hu ħażin,U nieħu sehem f’affarijiet li jagħmlu n-nies mill-agħar;Jalla qatt ma niekol mill-aqwa ikel tagħhom.   Jekk xi ħadd ġust isawwatni, ikun qed jurini mħabba u lealtà;*Jekk jikkoreġini, ikun qisu qed iferraʼ ż-żejt fuq rasi,Li mhux se nirrifjutah. Jien nibqaʼ nitlob għalih anki meta jkun għaddej minn żmien diffiċli.   Għalkemm l-imħallfin tan-nies jiġu mitfugħin mill-irdum,In-nies se jagħtu kas dak li ngħid jien, għax dan hu pjaċevoli.   Bħalma xi ħadd li jaħrat iħalli biċċiet tal-ħamrija warajh,Hekk ġie mxerred l-għadam tagħna ħdejn il-Qabar.*   Imma jien nistrieħ fuqek, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox.* Lejk dort għall-protezzjoni,Tħallinix immut.*   Ipproteġini min-nasba li għamluli,Min-nases tal-ħżiena. 10  Il-ħżiena se jaqgħu kollha fix-xbieki tagħhom stess,Imma jien ngħaddi u ma jiġrili xejn.

Noti taʼ taħt

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Mulej Sovran Ġeħova.”
Jew “Tħallix lil ruħi tmut.”