Salm 139:1-24
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
139 Ġeħova, int rajt x’hemm f’qalbi u tafni.
2 Int taf meta npoġġi u meta nqum.
Int tkun taf il-ħsibijiet tiegħi mill-bogħod.
3 Int tinnotani* meta nivvjaġġa u meta nimtedd;Taf dak kollu li nagħmel.
4 Ġeħova, qabel ma nitkellem,Tkun diġà taf x’se ngħid.
5 Int qiegħed madwari biex tipproteġini;Int tiggwidani.
6 Int tafni sew, u dan tant hu tal-għaġebLi huwa wisq għalija biex nifhmu.*
7 Fejn nistaʼ naħrab mill-ispirtu tiegħek,U fejn nistaʼ ninħeba minnek?
8 Kieku kelli nitlaʼ fis-sema, int tkun hemm,U kieku kelli nimtedd fil-Qabar,* int tkun hemm ukoll.
9 Jekk intir b’ħeffa daqskemm jidher malajr id-dawl taʼ meta jisbaħU mmur noqgħod fl-iktar baħar ’il bogħod,
10 Anki hemmhekk tiggwidaniU tappoġġani b’idek il-leminija.
11 Jekk ngħid: “Ħadd ma jistaʼ jarani fid-dlam!”
Id-dlam isir dawl għalik.
12 Anki fi dlam ċappa xejn mhu moħbi minnek.
Il-lejl hu mdawwal daqs il-ġurnataU d-dlam hu bħad-dawl għalik.
13 Għax int għamilt il-kliewi tiegħi;Int ipproteġejtni* f’żaqq ommi.
14 Jien infaħħrek għax għamiltni b’mod tal-għaġeb.
Jien* naf sew li dak li għamilt int hu tal-għaġeb.
15 Għadmi ma kienx moħbi minnekMeta ħlaqtni f’post li ħadd ma setaʼ jarah,Meta kont qed nikber f’żaqq ommi.*
16 Int rajtni anki meta kont għadni embriju;Id-dettalji taʼ kif ġejt ifformatĠew miktubin minn qabel fil-ktieb tiegħek.
17 Għalhekk, il-ħsibijiet tiegħek huma prezzjużi ħafna għalija!
Alla tiegħi, kemm hu kbir l-għarfien tiegħek!
18 Jekk nipprova ngħodd il-ħsibijiet tiegħek,Dawn ikunu iktar mir-ramel.
Meta nqum, inkun għadni qed ngħoddhom.*
19 Alla tiegħi, mank toqtol lill-ħżiena!
Kieku, in-nies vjolenti* jħalluni bi kwieti.
20 B’intenzjoni ħażina huma jitkellmu kontrik;*Huma l-għedewwa tiegħek li jużaw ismek b’mod ħażin.
21 Ġeħova, jien nobgħodhom lil dawk li jobogħduk!
Jien idejquni ħafna dawk li jiħduha kontrik.
22 Jien nobgħodhom ħafnaU nqishom l-għedewwa tiegħi.
23 Alla tiegħi, ara x’hemm f’qalbi u x’tip taʼ persuna jien.
Jekk jogħġbok ara l-ħsibijiet li jinkwetawni.
24 Ara jekk hemmx xi ħaġa ħażina fijaU ggwidani fit-triq li se tibqaʼ għal dejjem.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “tqis.”
^ Jew “huwa fl-għoli wisq għalija u ma nistax nilħqu.”
^ Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew forsi “nsiġtni.”
^ Jew “Ruħi.”
^ Letteralment “kont minsuġ fl-iktar partijiet baxxi tal-art.”
^ Letteralment “inkun għadni miegħek.”
^ Jew “ħatjin tad-demm.”
^ Jew “skont l-idea tagħhom.”