Salm 115:1-18
115 Ġeħova, tagħtix glorja lilnaGħax ma ħaqqniex.*
Imma agħti glorja lil ismek
Għax int turi mħabba* u lealtà.
2 Għala l-popli għandhom jgħidu:
“Fejn hu l-Alla tagħhom?”
3 L-Alla tagħna hu fis-sema;Hu jagħmel dak li jogħġbu.
4 L-istatwi* tagħhom huma tal-fidda u d-deheb,Magħmulin mill-bniedem.
5 Għandhom ħalq, imma ma jistgħux jitkellmu;Għandhom għajnejn, imma ma jistgħux jaraw;
6 Għandhom widnejn, imma ma jistgħux jisimgħu;Għandhom imnieħer, imma ma jistgħux ixommu;
7 Għandhom idejn, imma ma jistgħu jaqbdu xejn;Għandhom saqajn, imma ma jistgħux jimxu;Mill-gerżuma tagħhom ma joħroġ l-ebda ħoss.
8 In-nies li jagħmluhom se jsiru bħalhom,U anki dawk kollha li jafdaw fihom.
9 Iżrael, afda f’Ġeħova.
Hu l-għajnuna u t-tarka tiegħek.
10 Intom li tiġu minn Aron, afdaw f’Ġeħova.
Hu l-għajnuna u t-tarka tagħkom.
11 Intom li tirrispettaw ħafna lil* Ġeħova, afdaw f’Ġeħova.
Hu l-għajnuna u t-tarka tagħkom.
12 Ġeħova jiftakar fina u jberikna;Hu se jbierek lid-dar t’Iżrael;Hu se jbierek lid-dar t’Aron.
13 Ġeħova se jbierek lil dawk li jirrispettawh ħafna,*Iż-żgħar u l-kbar.
14 Ġeħova se jżid lilkom u lit-tfal* tagħkom.
15 Jalla tiġu mberkin minn Ġeħova,Dak li Għamel is-sema u l-art.
16 Is-sema hi taʼ Ġeħova,Imma l-art taha lill-bnedmin.
17 Il-mejtin ma jfaħħruhx lil Jah;Ħadd minn dawk li neżlin fil-qabar* ma jfaħħru.
18 Imma aħna se nfaħħru lil JahIssa u għal dejjem.
Faħħru lil Jah!*
Noti taʼ taħt
^ Jew “Għax xejn mhu tagħna.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “L-idoli.”
^ Letteralment “tibżgħu minn.”
^ Letteralment “jibżgħu minnu.”
^ Letteralment “lis-subien.”
^ Letteralment “fis-skiet.”
^ Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.