L-Għanja taʼ Salamun 8:1-14

8  “O li kieku kont bħal ħija,+ li rdajt sider ommi!+ Kieku, meta nsibek barra, inbusek+ u n-nies ma jistmerrunix.  Immexxik u ndaħħlek f’dar ommi,+ li kienet tgħallimni. Nagħtik tixrob inbid imħawwar,+ il-meraq frisk tar-rummien.  Kieku, idu x-xellugija kienet tkun taħt rasi; u idu l-leminija tħaddanni.+  “Ġegħeltkom taħilfu, O bniet taʼ Ġerusalemm, li ma tipprovawx tqajmu jew tqanqlu fija l-imħabba qabel ma titqanqal waħedha.”+  “Min hi din il-mara+ li tielgħa mix-xagħri+ u li qed isserraħ fuq l-għażiż tagħha?”+ “Taħt is-siġra tat-tuffieħ qajjimtek. Hemmhekk ommok kienet bl-uġigħ tal-ħlas minħabba fik. Hemmhekk dik li kienet qed tildek ħasset l-uġigħ tal-ħlas.+  “Qegħedni bħala siġill fuq qalbek,+ bħala siġill fuq driegħek; għax l-imħabba hi b’saħħitha daqs il-mewt,+ tinsisti għal devozzjoni esklużiva+ b’sodizza daqs tal-Qabar.* Tħeġġeġ bħal ħuġġieġa nar, il-fjamma taʼ Jah.*+  Ħafna ilmijiet m’humiex kapaċi jitfu l-imħabba,+ u lanqas ix-xmajjar ma jistgħu jġorruha magħhom.+ Li kieku bniedem kellu jagħti l-affarijiet kollha taʼ valur f’daru biex ikollu l-imħabba, in-nies żgur li jistmerruhom.”  “Għandna oħtna żgħira+ li m’għandhiex sider. X’se nagħmlu għal oħtna dakinhar li xi ħadd ikun iridha?”  “Jekk tkun bħal sur,+ nibnu fuqha ċint tal-fidda; imma jekk tkun bieb,+ nagħlquha b’tavla taċ-ċedru.” 10  “Jien sur, u sidri bħal torrijiet.+ Għalhekk, f’għajnejh sirt bħal waħda li sabet il-paċi. 11  “Salamun kellu għalqa tad-dwieli+ f’Bagħal-ħamon. Hu ħalla l-għalqa tad-dwieli f’idejn xi nies biex jieħdu ħsiebha.+ Kull wieħed minnhom kien jagħti elf biċċa tal-fidda għal frottha. 12  “L-għalqa tad-dwieli, li hi tiegħi, tibqaʼ tiegħi. L-elf hu tiegħek, O Salamun, u mitejn huma taʼ dawk li qed jieħdu ħsieb il-frott.” 13  “O int li tgħammar fil-ġonna,+ sħabi qegħdin attenti għal leħnek. Ħallini nisimgħu.”+ 14  “Aħrab, għażiż tiegħi, u kun bħal għażżiela jew bħal ferħ taʼ ċerv fuq il-muntanji tal-ħwawar.”+

Noti taʼ taħt

Din hi l-unika darba fl-Għanja taʼ Salamun fejn jidher l-isem divin, hawnhekk fil-forma mqassra “Jah.” Qabbel Eżo 15:2, in-nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.