Ġob 14:1-22
14 “Il-ħajja taʼ bniedem hi qasiraU kollha inkwiet.
2 Hu jiftaħ bħal fjura u mbagħad jinxef;*Bħal dell jisparixxi u ma jibqax jidher.
3 Madankollu int iffokajt fuqu,Int ittellgħu* l-qorti biex tiġġudikah.
4 Tistaʼ persuna midinba* twelled lil xi ħadd mingħajr dnub?
Żgur li le!
5 Il-ġranet tal-bniedem huma deċiżi.
U l-ammont tax-xhur tiegħu huwa f’idejk.
Int għamilt limitu għal kemm jgħix u ma jistax jaqbżu.
6 Ieqaf ħares lejh ħalli jistrieħ,Sakemm jispiċċa l-ġurnata tax-xogħol tiegħu bħal ħaddiem mikri.
7 Għax anki siġra għandha tama.
Jekk iqaċċtuha terġaʼ titlaʼ,U l-friegħi tagħha jkomplu jikbru.
8 Jekk l-għeruq tagħha jkollhom iż-żmienU z-zokk tagħha jinxef,
9 Malli tmiss mal-ilma, terġaʼ ttellaʼU jkollha l-friegħi bħal pjanta ġdida.
10 Imma meta bniedem imut, ma jistaʼ jagħmel xejn.
Meta jieħu l-aħħar nifs, x’jiġri minnu?
11 Il-baħar jisparixxi,U x-xmara tevapora u tinxef.
12 Bl-istess mod, bniedem jimtedd u ma jqumx.
Sakemm is-sema tibqaʼ teżisti, hu ma jqumx,U lanqas mhu se jiġi mqajjem minn xi bniedem.
13 Mhux li kien taħbini fil-Qabar,*Taħbini sakemm ma tibqax irrabjat,U tagħtini żmien biex tiftakar fija!
14 Jekk bniedem imut, jistaʼ jerġaʼ jgħix?
Se nistenna matul iż-żmien li nkun ilsirSakemm niġi meħlus.
15 Int tgħajjatli, u jien inwieġbek.
Int se tkun tixtieq ħafna li terġaʼ tara l-bniedem li għamilt.
16 Imma issa qed toqgħod għassa għal kull pass li nagħmel;Qed tara biss id-dnub tiegħi.
17 Int erfajt l-iżbalji tiegħi ġo basket magħluq sew,U tissiġilla l-iżbalji tiegħi bil-kolla.
18 Bħalma muntanja taqaʼ u tiġi fix-xejn,U blata tinqalaʼ minn postha,
19 Bħalma l-ilma jmermer il-ġebel,U bħalma x-xita b’saħħitha tkaxkar il-ħamrija,Int qridt it-tama tal-bniedem.
20 Int tibqaʼ tkissru sakemm imut;Tbiddel il-mod kif jidher, u tibagħtu fil-qabar.
21 It-tfal tiegħu jistgħu jiġu onorati, imma hu ma jkunx jaf b’dan;Jistgħu jiġu umiljati, imma ma jindunax b’dan.
22 Meta jkun għadu ħaj bissIħossu muġugħ u mdejjaq.”
Noti taʼ taħt
^ Jew forsi “u jinqataʼ.”
^ Letteralment “ittellagħni.”
^ Jew “li tagħmel id-dnub.”
^ Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.