B1
Il-messaġġ tal-Bibbja
Alla Ġeħova għandu d-dritt li jsaltan. Ħadd ma jsaltan aħjar minnu. L-iskop tiegħu għall-art u għall-umanità se jitwettaq.
Wara s-sena 4026 QK “Is-serp” iqajjem dubji dwar id-dritt taʼ Ġeħova li jsaltan u l-mod kif isaltan. Ġeħova jwiegħed li jqajjem ‘nisel,’ jew “żerriegħa,” li eventwalment se jisħaq lis-serp, Satana. (Ġenesi 3:1-5, 15, nota taʼ taħt) Però, Ġeħova jagħti ċans lill-bnedmin imexxu lilhom infushom taħt l-influwenza tas-serp. |
Is-sena 1943 QK Ġeħova jgħid lil Abraham li n-‘nisel’ imwiegħed se jkun wieħed mid-dixxendenti tiegħu.—Ġenesi 22:18. |
Wara s-sena 1070 QK Ġeħova jaċċerta lis-Sultan David u iktar tard lil ibnu Salamun li n-‘nisel’ imwiegħed kien se jiġi mill-familja tagħhom.—2 Samwel 7:12, 16; 1 Slaten 9:3-5; Isaija 9:6, 7. |
Is-sena 29 WK Ġeħova jidentifika lil Ġesù bħala n-‘nisel’ imwiegħed li hu l-Werriet tat-tron taʼ David.—Galatin 3:16; Luqa 1:31-33; 3:21, 22. |
Is-sena 33 WK Is-serp, Satana, iweġġaʼ temporanjament lin-‘nisel’ imwiegħed billi joqtol lil Ġesù. Ġeħova jirxoxta lil Ġesù għal ħajja fis-sema u jaċċetta l-valur tal-ħajja perfetta tiegħu. Dan jipprovdi l-bażi biex jinħafru d-dnubiet u biex id-dixxendenti t’Adam igawdu ħajja taʼ dejjem.—Ġenesi 3:15; Atti 2:32-36; 1 Korintin 15:21, 22. |
Madwar is-sena 1914 WK Ġesù jwaddab lis-serp, Satana, lejn l-art u jżommu hemm għal perijodu qasir.—Rivelazzjoni 12:7-9, 12. |
Il-futur Ġesù se jaqfel lil Satana għal 1,000 sena u mbagħad jeqirdu, billi b’mod simboliku jisħaqlu rasu. L-iskop oriġinali taʼ Ġeħova għall-art u l-umanità jkun twettaq, ismu jkun ġie mnaddaf minn kull tmaqdir, u jkun wera b’mod ċar li għandu d-dritt li jsaltan.—Rivelazzjoni 20:1-3, 10; 21:3, 4. |